8 ta' Lulju, 2012
14:43 CET |
Qiu Bo, li beda l-karriera tiegħu bil-qbiż minn fuq it-trampolini għal fuq l-imħaded kbar, fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qeigħed jisfida lill-Ingliż Tom Daley għar-rebħ ta' medalja tad-deheb waqt l-Olimpjadi.
Iċ-champion mondjali, fl-Aquatics Centre irid jegħleb lil Tom Daley li se jkun qiegħed jikkompeti quddiem il-pubblika tiegħu. Dawn iż-żewġ atleti se jkollhom pressjoni kbira biex jirbħu, għal raġunijiet differenti.
Daley, li ħasad lil kulħadd meta rebaħ it-titlu mondjali fl-2009 meta kien għad kellu 15-il sena irid jirbaħ għax minħabba li se jkun qiegħed jikkompeti f'pajjiżu l-pressjoni hi ferm kbira.
Min-naħa l-oħra, Qiu irid jagħmel dak li għamlu l-atleti ta' qablu.
It-tim Ċiniż li kien qiegħed jikkompeti fl-Olimpjadi ta' erba' snin ilu f'Beijing naqas milli jirbaħ it-tmien medalji tad-deheb li kien hemm għad-dispożizzjoni minħabba li Zhou Luxin ġie megħlub mill-Awstraljan Matthew Mitcham. Dan fisser li ċ-?ina rebħet seba' medalji tad-deheb u erba' snin wara dawn iridu jpattu għal dik il-medalja li ma ntrebħitx.
Qiu irid jagħmel ċert li ma jiġrilux kif kien ġralu Zhou. Dan tal-aħħar, li kien għad kellu 16-il sena klien ferm viċin li jirbaħ l-ewwel medalja Olimpika fil-karriera teigħu iżda falla fl-aħħar biex rebaħ Daley.
Fl-2011, Qiu rebaħ id-deheb waqt il-kampjonati mondjali li saru fiċ-ċina stess filwaqt li spiċċa t-tieni fil-qbiż issikronizzat biex għen lit-tim ċiniż jirbaħ l-10 medalji tad-deheb li kien hemm x'jintrebħu.
“L-akbar sfida għalija hi li negħleb lili nnifsi. L-għan hu li nirbaħ kollox,” qal Qiu waqt meeting f'Dubai aktar kmieni din is-sena fejn iċ-?ina rebħet tmien medalji tad-deheb.
Il-fatt li Qiu qiegħed jibbrilla hi aħbar tajba għall-kowċ Zhou Jihong li kien ilu jfittex atleta li jieħu post l-ispeċjalista Tian Liang. Dan tal-aħħar rebaħ il-medalja tad-deheb fl-Olimpjadi tas-sena 2000 u rebaħ ukoll il-medalja tad-deheb waqt l-Olimpjadi ta' Ateni erba' snin wara.
Bħal kull atleta Ċiniż, Qiu beda litteralment mix-xejn u kienet biss id-determinazzjoni li wasslitu fejn qiegħed illum il-ġurnata.
Meta kellu biss ħames snin kien joqgħod jippratika l-ġinnastika ma' zijuh u minn dakinhar 'l hemm beda jipprattika l-isport f'akkademja. Il-ġenituri tiegħu kienu jħallsu ammont kbir ta' flus biex Qiu jkun jista' jipprattika l-qbiż f'kumpless li lanqas biss kellu pixxina.
“Minn dejjem ried jipprattika l-isport u aħna qatt ma għednielu le,” qalet omm Qiu, Liu Liyu.
Eks kowċ ta' Qiu qal li dan minn dejjem injora lill-avversarji u kull ma kien jagħmel hu li jiffoka fuq dak li jagħmel hu biss. Dan il-fattur jaf jgħin lil Qiu meta jkun qeigħed jikkompeti f'Londra kontra l-Ingliż Daley.
|