maltarightnow.com
23 t' April, 2012
19:58 CET |
It-tiraturi Maltin tad-Double Trap, William Chetcuti u Nathan Lee Xuereb, ħadu sehem fit-Tazza tad-Dinja tal-ISSF li qed issir qabel l-Olimpjadi ta' Londra biex it-tiraturi jilħqu jambentaw ukoll ruħhom mar-ranges il-ġodda li se jintużaw waqt l-Olimpjadi.
Il-kompetizzjoni saret f'temp mill-aktar ikrah li affettwa lill-44 parteċipant li ħadu sehem fejn Chetcuti laqat 44, 46 u 46 għal total ta' 136 minn 150 u temm fil-15-il post overall. Xuereb kellu rounds ta' 46, 47 u 43 għal total ta' 136 u temm fis-16-il post overall.
Il-kompetizzjoni ntrebħet mir-Russu Mikhail Leybo wara shoo-toff mat-Taljani Francesco D'Aniello li temm it-tieni u Daniele Di Spignio li rebaħ il-bronż. It-tliet tiraturi laqtu 188 kull wieħed minn 200 plattina wara round ieħor ta' 50 plattina fil-barrage finali.
Ħafna min dawn it-tiraturi fit miem il-ġimgħa se jkunu Malta biex jieħdu sehem fil-GP tad-Double Trap internazzjonali ta' Malta.
|