15 ta' Mejju, 2012
19:23 CET |
Skond rapporti fil-ġurnali Ingliżi Arsenal se joffru kuntratt ta' 7 miljun lira sterlina fis-sena lill-attakkant Van Persie li hu segwit minn diversi klabbs kbar madwar l-Ewropa. Il-manager ta' Arsenal, Arsene Wenger u l-Kap Eżekuttiv Ivan Gazidis se jiltaqgħu ma' Van Persie illum biex jiddiskutu l-futur ta' dan iol-player Olandiż.
Bħalissa, Van Persie għandu salarju ta' madwar 70 elf lira sterlina fil-ġimgħa u Arsenal se joffrulu kuntratt ta' tliet snin u se jibda jaqla` madwar 130 elf lira sterlina. Dan ifisser li Van Persie jkun imħallas aktar milli kienu mħallsa players bħal ma' huma Thierry Henry u Cesc Fabregas.
Id-diriġenti ta' Arsenal jixtiequ risposta mingħand Van Persie qabel ma dan imur jilgħab fil-EURO 2012. Minkejja li Van Persie minn dejjem qal li jixtieq jibqa` ma' Arsenal offerta kbira mingħand xi klabb, bħal ma hu Man City jista' jibdel kollox. Man City, ftit tax-xhur ilu kienu offrew lil dan il-player salarju ta' madwar 220 elf lira sterlina fil-ġimgħa u l-aġent ta' Van Persie stess, Kees Vos kien ikkonfrma li tkellem ma' xi diriġenti taċ-champions. Sors viċin ta' Van Persie qal li dan il-player mhux lest jilgħab ma' tim ieħor Ingliż u dan iffisser li klabbs bħal ma huma Real Madrid u Barcelona għandhom ċans akbar li jakkwistaw lil dan il-player.
Arsenal jittamaw li l-fatt li se jilagħbu fiċ-Champions League staġun ieħor ikompli jgħin biex jippreswadi lil Van Persie biex jibqa' mal-Gunners. L-istess Van Persie kien enfasizza fuq l-importanza li Arsenal ikunu qed jilgaħbu fiċ-Champions League.
KAGAWA – Id-Direttur Sportiv ta' Borussia Dortumd Michael Zorc żvela li Shinji Kagawa irrifjuta li jġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb. Il-player Ġappuniż ilu segwit minn diversi klabbs, speċjalment wara l-wirjiet tajbin li kellu dan l-istaġun maċ-champions Ġermaniżi. Fost klabbs li huma interessati f'Kagwa hemm Man Utd u fil-,fatt fi tmiem il-ġimgħa, l-manager tar-Red Devils, Alex Ferguson kien qiegħed isegwi lil Kagawa waqt li Dortmund rebħu t-tazza domestika kontra Bayern Munich.
LEVERKUSEN - Bayer Leverkusen ħabbru li se jżommu lill-kowċ Sascha Lewandowski u lil sieħbu ill-assistent tiegħu Sami Hyypia. Dawn it-tnejn iffirmaw kuntratt ta' tliet snin mal-klabb tal-Bundesliga. Lewandowski beda jmexxi lil Leverkusen f'April li għadda u minn dakinhar ' l hawn Leverkusen ġabru 14-il punt minn 18 li kienu għad-dispożizzjoni tagħhom.Levrkusen spiċċaw fil-ħames post u staġun ieħor se jkunu qed jilagħbu fl-Europa League.
|