MaltaRightNow.com sezzjoni: sport
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
il-mument
Download
Life & Style
Download
Formula Wieħed

“Issa rridu nibdew niġbru l-punti” - Alonso


9 ta' Mejju, 2012  19:09 CET

Is-sewwieq tal-Ferrari, Fernando Alonso qal li l-Ferrari, issa, jridu jiġbru l-punti jekk beħsiebhom jissieltu għar-rebħ tat-titlu. Fi tmiem il-ġimgħa jsir il-ħames Grand Prix tas-Sena, dak fi Spanja u s'issa l-Ferrari irnexxielhom jirbħu biss darba, meta l-istess Alonso issorprenda lil kulħadd u rebaħ il-Grand Prix tal-Malasja.
 
Waqt it-testijiet li saru matul dawn l-aħħar jiem f'Mugello l-Ferrari għamlu tibdil kbir fil-karozza u issa jistennew li dawn it-tibdil jagħtu r-riżultati mixtieqa. “Fl-ewwel erba' Grand Prix konna bejn wieħed u ieħor 0.9 sekondi wara dawk li spiċċaw l-ewwel u jekk rridu nirbħu t-titlu rridu nnaqsu dan id-distakk minnufih,” qal Alonso. 
 
Minkejja li l-karozza tal-Ferrari ġiet kritikata, Alonso ġie mfaħħar għal wirjiet li kellu dan l-istaġun u attwalment dan jinsab fil-ħames post fil-klassifika tas-sewwieqa, 10 punti taħt il-leader u ċ-champion Vettel tar-Red Bull. “Hu veru li f'Mugello l-affarijiet dehru aħjar imma tajjeb ngħidu li ma sarux mirakli u l-partitarji m'għandhomx jistennew li se nirbħu f'Barċellona. Il-Grand Prix ta' Barċellona se jkun l-ewwel tarġa, filwaqt li rridu nitjiebu fiż-żewġ Grand Prix ta' wara, dak tal-Kanada u ta' Valencia,” kompla jgħid is-sewwieq Spanjol.
 
Ta min jinnota li waqt it-testijiet li saru f'Mugello, l-McLaren kienu l-uniku tim li ma użawx is-sewwieqa tagħhom Hamilton u Button. Minflok, dawn taw ċans lil Gary Paffett u lil Oliver Turvey biex jipprovaw il-karozzi. Tim ieħor li tejjeb il-karozza tiegħu waqt dawn it-testijiet kienu r-Red Bull filwaqt li l-Lotus ħadmu ħafna biex itejjbu r-roti.

Bookmark Print page Email page
“Issa rridu nibdew niġbru l-punti” - Alonso
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Alonso jwettaq l-impossibbli f’pajjiżu
Rosberg fil-pole position f''Barcellona
Alonso jrid inaqqas id-distakk f'pajjiżu
Il-Mercedes se jipprovdu karozza lil Kubica
Hulkenberg mhux sodisfatt
Punti ewlenin
00:26 Malta fit-tmien post tal-Eurovision Song Contest 2013!
01:33 Malta fir-raba' post fis-semi-finali tal-Eurovision 2013
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
iktar aħbarijiet
01:33 Malta fir-raba' post fis-semi-finali tal-Eurovision 2013
00:26 Malta fit-tmien post tal-Eurovision Song Contest 2013!
19:53 X'jaħsbu n-nies dwar il-Eurovision ta' llejla?
19:47 Il-Knisja tfakkar il-festa tal-Għid il-Ħamsin
19:32 Konferenza dwar is-Sigurta' fl-Ikel mill-Assoċjazzjoni għad-Drittijiet tal-Konsumatur
19:26 Splużjoni fuq il-Qamar
19:25 Nannakola Asjatika qed tagħmel ħerba fil-Ġermanja
19:23 Hollande jillegalizza ż-żwieġ bejn omosesswali
19:22 Il-Korea ta' Fuq tispara tliet missili
19:19 Tama għal Madeleine McCann
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.