Ivan VASSALLO
23 ta' Lulju, 2012
15:07 CET |
Baritonu Russu kellu jabbanduna l-festival tal-Opra ta' Wagner fil-belt ta' f'Bayreuth.
Evgeny Nikitin, li kellu jiddebutta bħala l-protagonista' tal-opra "The Flying Dutchman" miktuba minn Richard Wagner imma kellu jabbanduna kollox lampa stampa. Dan għalhiex waqt intervista' ma stazzjon televiżiv Ġermaniż deher tattoo forma ta' svastika fuq sidru.
Fi stqarrija Nikitin qal li ma kienx jaf kemm antipatija u x'offiża jistgħu jgħatu dawn is-simboli fil-belt ta' Bayreuth u fil-Ġermanja. Hu sostna li kien żball ta' żgħożitu u li xtaq li qatt ma għamel dak it-tattoo meta kien mmembru ta' band tal-hard rock.
Hemm konnessjoni qawwija bejn il-festival ta' Bayreuth u r-reġim Nażista. Filfatt hu fatt magħruf li numru ta' opri ta' Wagner għandhom kontenut razzista. Hitler innifsu kien affaxxinat mill-mużika tal-opri ta' Wagner u kien mistieden distint tal-mara ta' nisel ingliż ta' iben Richard Wagner, Winifred Wagner.
|