Ivan VASSALLO
28 ta' Ġunju, 2012
16:19 CET |
Nstab manuskritt ta' Charlie Chaplin f'biblioteka taċ-ċinema fil-belt Taljana ta' Bologna. Din l-iskoperta saret waqt riċerka għaċ-ċlebrazzjoni tas-60 sena tal-film testament ta' Chaplin, "Limelight".
Dan id-dokument għandu, fost l-oħrajn, l-introduzzjoni għas-suġġett tal-film fejn jgħid li l-iskop ta' dan il-film huwa li l-karriera m'hijiex il-milja tax-xewqat tal-bniedem imma it-triq li twasslu għad-destin tiegħu.
Barra minn hekk nstanbu wkoll ritratti li s'issa ħadd ma kien jaf li jeżistu u fejn hemm kemm Chaplin u Buster Keaton waqt l-kien qed isir il-film "Limelight".
Dawn ir-ritratti se jkunu ppreżentati lill-pubbliku waqt Festival bl-isem il Cinema Ritrovato, f'Bologna.
|