MaltaRightNow.com sezzjoni: Kurżitajiet
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Kurżitajiet

Ingliża tispiċċa l-ħabs wara li ġiet Malta flok serviet ta' ġurat

maltarightnow.com
6 t' April, 2012  10:05 CET

Il-Qorti ta' Preston fl-Ingilterra ikkundannat mara għal 56 ġurnata ħabs wara li din ġiet Malta għal vaganza minflok ma qdiet id-dmirijiet tagħha ta' ġurat. Il-mara ġiet imsejħa biex isservi l-Qorti waqt ġuri u nstabet ħatja ta' disprezz u li ma kienitx leali lejn il-Qorti. 

Janet Chapman, ta' 52 sena, ċemplet lill-uffiċjali tal-Qorti fejn infurmathom li kellha wġiegħ f'dahra u qaltilhom li ma setgħetx tkompli isservi ta' ġurat. Madankollu din inqabdet li ma kienet marida xejn peress li fil-perjodu li kellha taqdi dmirha fil-ġuri, qabdet ajruplan mill-Ingilterra u qattgħet ġimgħa vaganza f'Malta.

Chapman, li taħdem bħala ''Deputy Manager'' f'Dar tal-Anzjani fi Preston stess kienet diġa serviet għal tliet ġimgħat f'ġuri dwar serq, iżda naqqset li sservi għal dik li kellha tkun l-aħħar ġimgħa tal-ġuri. Dan għaliex hija ħalliet messaġġ telefoniku ma' Marixxal tal-Qorti fejn qaltlu li ma setgħetx tattendi il-Qorti għal perjodu ta' ġimgħatejn u li għandha ċertifikat mediku. Fil-messaġġ tagħha hija qalet ukoll li trid terġa' tmur għand it-tobba peress li għandha ix-xatika, li hija kundizzjoni fid-dahar. Madankollu ġara li Janet Chapman kienet qabdet titjira flimkien mas-sieħeb tagħha, Raymond Pritchard, mill-ajruport John Lennon ta' Liverpool dak inhar stess għal vaganza ta' ġimgħa.

Qabel ma beda' l-ġuri l-Imħallef Stewart Baker li ppreseda l-ġuri, bħala proċedura normali kien staqsa lil dawk kollha li setgħu iservu bħala ġurati jekk kellhomx xi raġunijiet speċifiċi li kellhom ikunu assenti u jidher li ma kien hemm l-ebda problemi. Nhar il-Ħamis, 4 ta' April, xehed is-sieħeb ta' Janet Chapman, Raymond Pritchard li ntgħażel bħala xhud, wara li Chapman tressqet il-Qorti akkużata li ma qdietx dmirha bħala ċittadina u li qarrqet bil-Qorti. Huwa qal li kien ibbukkja vaganza sorpriża lejn Malta bħala rigal ta' għeluq snin Chapman.

Minn naħa tagħha Chapman qalet fil-Qorti li l-fatt li kellha ċertifikat mit-tobba li jindika li għandha x-xatika ifisser b'mod awtomatiku li ma kellhiex għalfejn tattendi għal ġuri. Il-Qorti fis-sentenza tagħha qalet li l-ġurat qarrqet ukoll bit-tabib biex tkun tista' tgawdi vaganza għal Malta.

L-Imħallef qal li minħabba l-aġir tagħha, il-ġuri kellu jiġi pospost għal jumejn u dan fost affarijiet oħra għax il-Qorti kienet inkwetata bil-qagħda ta' saħħa ta' Chapman u ried li jkollha moħħa mistrieħ li ma kien hemm xejn gravi. Il-Qorti qalet li minbarra li nħlew ħafna mir-riżorsi tal-Qorti, fosthom il-finanzi tal-Gvern, dak li seħħ kien ta' inkonvenjent għal ħafna nies. ''Dan huwa reat serju ħafna'' qal l-Imħallef Stewart Baker fil-Qorti ta' Preston li għandu jkun kastigat b'sentenza ta' priġunerija''.

Bookmark Print page Email page
Ingliża tispiċċa l-ħabs wara li ġiet Malta flok serviet ta' ġurat
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Bomber Ġermaniz uniku tat-Tieni Gwerra Dinjija se jittella' minn qiegħ il-Kanal Ingliż
CD ta' Winter Moods għal Puttinu Cares
Jinstab djamant blu ta' 25.5 karat fl-Afrika t'Isfel
Malta fost l-aqwa destinazzjonijiet għall-bugħaddasa
Irkant f'Hollywood
Punti ewlenin
10:33 Il-funeral ta' Elias Afif Chmouni se jsir għada l-Ħadd fil-Libanu
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
11:24 Tnejn iweġġgħu f'ħabta bejn SUV u bendy bus
iktar aħbarijiet
15:23 Eżerċizzju fiżiku bl-ispinning bikes f'Tas-Sliema
14:42 Proċess ta' konsultazzjoni biex titfassal Strateġija Nazzjonali dwar il-'Litteriżmu għal Kulħadd'
13:47 'Belt Żgħira, Ambizzjoni Kbira'
13:10 Ftit siegħat oħra Gianluca jirrappreżenta lil Malta fil-Finali
12:19 Il-belt kulturali tal-Ewropa 2018 - ċertifikat ta’ ġieħ għall-ħidma tal-PN
11:43 Illum l-elezzjonijiet kmieni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista
11:24 Tnejn iweġġgħu f'ħabta bejn SUV u bendy bus
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
10:33 Il-funeral ta' Elias Afif Chmouni se jsir għada l-Ħadd fil-Libanu
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.