MaltaRightNow.com sezzjoni: Ewropa
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Ewropa

Tliet twissijiet għal Malta mill-Kummissjoni Ewropea

Kenneth XUEREB
21 ta' Ġunju, 2012  17:32 CET

Il-Kummissjoni Ewropea lesta li tressaq tliet każi separati kontra Malta quddiem il-Qorti Ewropea b'rabta mal-ambjent u l-emissjonijiet.

Fl-ewwel każ, il-Kummissjoni Ewropea bagħtet opinjoni motivata lil Malta dwar nuqqas ta' osservanza minn Malta tad-Direttiva dwar l-Impjanti l-Kbar tal-Kombustjoni fejn fakkret li Malta qablet li ma thaddimx il-Power Station tal-Marsa għal iktar minn 20,000 siegħa bejn l-2008 u l-għeluq definittiv tal-impjant fl-2015.

Il-Kummissjoni qalet li sa issa, tlieta mill-erba' impjanti ta' kombustjoni diġa' qabżu l-limitu ta' 20,000 siegħa filwaqt li r-raba' qiegħed joqrob dan il-limitu. Fl-opinjoni tagħha, il-KE qalet li għalkemm l-estensjoni tal-Power Station ta' Delimara mhux 'il bogħod milli jitlesta, xorta għandha tħassib dwar l-iskeda taż-żmien dwar l-għeluq definittiv tal-impjant tal-Marsa.

Fit-tieni każ, il-Kummissjoni Ewropea bagħtet opinjoni motivata lil Malta, Ċipru, l-Irlanda u s-Slovenja għaliex dawn il-pajjiżi naqsu milli jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miżuri kollha biex jittrasponu d-direttiva dwar l-enerġija li tiġġedded.

Permezz ta' din id-direttiva, l-UE intrabtet li sal-2020 tilħaq il-mira li 20% tal-konsum tal-enerġija b'mod ġenerali u 10% tal-konsum tal-enerġija fit-trasport, ikunu minn sorsi li jiġġeddu.

It-tielet opinjoni motivata tal-Kummissjoni Ewropea hi rigward id-direttiva dwar l-iskart tal-ippakkeġġjar fejn il-Kummissjoni qalet li identifikat għadd ta' nuqasijiet fil-mod kif Malta ittrasponiet din id-direttiva fil-liġijiet nazzjonali.

F'dawn it-tliet każi, Malta għandha xahrejn ċans biex tagħti r-raġunijiet tagħha. Fin-nuqqas ta' dan, il-Kummissjoni tirreferi dawn il-każijiet lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.
 
Sadanittant il-Gvern fi stqarrijiet separati qal li ħa nota tal-opinjonijiet mressqa mill-Kummissjoni Ewropea. Dwar l-għeluq tal-Power Station tal-Marsa, il-Gvern fakkar li ħa żewġ inizzjattivi importanti – l-estensjoni tal-Power Station ta' Delimara u l-proġett tal-interconnector. B'investiment ta' €165 u €200 miljun rispettivament.

Fil-każ tal-estensjoni ta' Delimara, il-proġett waqa' lura minħabba dewmien fil-proċess ta' tendering filwaqt li l-interconnector għadda mill-proċess ta' ħruġ ta' permessi f'Malta iżda għad hemm stennija għall-ħruġ ta' permessi mill-Italja.

Fi stqarrija oħra, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali qal li d-direttiva dwar l-enerġija li tiġġedded kienet trasposta sħiħa fil-liġijiet ta' Malta permezz ta' erba' avviżi legali li kienu ppubblikati f'dawn l-aħħar xahrejn. Il-Kummissjoni Ewropea kienet notifikata b'dawn il-miżuri.

Dwar id-direttiva relatata mal-iskart iġġenerat mill-ippakkeġġjar, il-Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura qal li bħalissa għaddej proċess ta' konsultazzjoni li se jagħlaq il-ġimgħa d-dieħla u eżatt wara ikunu ippubblikati ir-regolamenti. 

Bookmark Print page Email page
Tliet twissijiet għal Malta mill-Kummissjoni Ewropea
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Awguri lil Simon Busuttil mill-ogħla uffiċjali tal-PPE
Roberta Metsola tiffirma dikjarazzjoni tal-PE kontra kontenut online t'abbuż tat-tfal
Ir-Renju Unit se jibqa' fl-Unjoni Ewropea?
Jiżdiedu l-problemi għal Franza
IL-kisbiet edukattivi tal-istudenti għandhom jiġu rikonoxxuti mill-pajjiżi kollha tal-UE
Punti ewlenin
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
10:53 Joseph Muscat jiddefendi l-aġir tal-President fuq il-kwistjoni ta' Darleen Zerafa
iktar aħbarijiet
19:46 Neputiżmu mis-Sindku ta' Ħal Luqa
19:38 $408,000 għall-kitarra ta’ Lennon u ta’ Harrison
19:36 Għaliex m’għandekx tipposponi għal għada dak li jista’ jsir illum....
19:34 Arja ta’ pessimiżmu dwar il-futur wara r-rewwixta
18:41 Imnedija l-kampanja “Dog Training Made Easy”
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
16:07 Irkottafest f'Ħal Kirkop
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
14:32 Iċċelebrat il-Jum Marittimu Ewropew
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.