MaltaRightNow.com sezzjoni: internazzjonali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Internazzjonali

Tirnexxi prova ta’ missila li kapaċi twassal saċ-Ċina

L-INDJA

maltarightnow.com
19 t' April, 2012  19:34 CET

L-Indja wettqet prova ta' missila bil-kapaċità li ġġorr materjal nukleari u li tista' twassal sa Beijing, fiċ-Ċina, u wkoll sal-Ewropa tal-Lvant. 

L-awtoritajiet fissru din il-prova bħala waħda li mxiet mingħajr intoppi u dan ifisser li l-Indja issa ssieħbet mal-'klabb' żgħir ta' pajjiżi li jistgħu jistazzjonaw il-missili ballistiċi b'warheads nukleari għal fuq distanzi kbar.

Intant, u minkejja li l-Uffiċjali Indjani jiċħduha, l-azzjoni x'aktarx kienet intiża bħala 'deterrent' għaċ-Ċina. Il-Prim Ministru tal-Indja, Manmohan Singh, awgura lix-xjenzjati li ħadmu fuq il-proġett għas-suċċess tal-prova.

Il-filmati wrew il-missila, tat-tip Agni-V li twassal fuq distanzi ta' aktar minn 5,000 kilometru, tifred is-sħab fl-aktar mumenti drammatiċi tal-prova li seħħet kmieni lbieraħ mill-Gżira ta' Wheeler, lil hinn mill-kosta tal-Istat Indjan ta' Orissa, lejn il-Lvant. L-Agni-V hi magħmula kważi għalkollox mill-Indjani u titqies bħala 'l-ġawhra' ta' programm li jaħseb primarjament għat-theddida potenzjali miċ-Ċina. 

Sadattant, il-Gvern Indjan jgħid li l-missila m'għandhiex tiffunzjona fuq bażi uffiċjali qabel tal-anqas sentejn oħra. Dan meta llum jaħsbu li huma biss l-Istati Uniti, ir-Renju Unit, Franza, ir-Russja u ċ-Ċina – ilkoll membri permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti – flimkien ma' Iżrael li għandhom il-kalibru ta' arma partikulari. 

Fl-istess ħin, l-Indja, li qed tiżviluppa malajr bħala ġgant tal-ekonomija, hi ħerqana għal rwol akbar fil-komunità internazzjonali u ilha b'ambizzjonijiet għal siġġu permanenti fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Hu minnu wkoll li dan il-pajjiż, fis-snin reċenti, sar l-akbar importatur ta' armi fid-dinja meta qed idaħħal aktar tagħmir avvanzat għal militar li minkejja li hu kbir fid-daqs jeħtieġ li jaġġorna ruħu fid-diversi setturi tiegħu.

Bookmark Print page Email page
Tirnexxi prova ta’ missila li kapaċi twassal saċ-Ċina
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Jagħrfu l-obeżità bħala marda
Lejn promozzjoni ta' ikel bnin
Massakru fi skola
Ir-ribelli jwettqu attakki fil-Libanu
Ikompli jberraq għall-5 Stelle
Punti ewlenin
18:14 Raġel jitlef ħajtu wara li ttajjar fil-Qbajjar
16:35 Raġel fil-periklu tal-mewt wara splużjoni ta' kamra tan-nar f'Ħaż-Żebbuġ
20:56 Imniedi l-video "It Gets Better"
21:20 Theddida għall-awtonomija tal-OHSA b'membru parlamentari fil-Bord
iktar aħbarijiet
21:20 Theddida għall-awtonomija tal-OHSA b'membru parlamentari fil-Bord
20:56 Imniedi l-video "It Gets Better"
20:19 Jagħrfu l-obeżità bħala marda
19:24 Il-Partit Nazzjonalista jirrikonoxxi l-ħidma importanti tal-EASO
19:21 Lejn promozzjoni ta' ikel bnin
19:04 Massakru fi skola
18:51 Ir-ribelli jwettqu attakki fil-Libanu
18:33 Inawgurata t-tieni pompa tal-AutoLiquigas wara s-suċċess miksub bl-ewwel pompa
18:22 Żewġ żgħażagħ jammettu li serqu kwantita’ ta’ diesel minn pompi tal-petrol
18:14 Raġel jitlef ħajtu wara li ttajjar fil-Qbajjar
Editorjal

Xjuħija li hi grazzja

Xjuħija li hi grazzja
Opinjoni

Taħseb li n-nies huma ddiżappuntati wara mitt jum ta' gvern Laburista?

Iva
Le
Ma nafx