9 ta' Mejju, 2012
18:38 CET |
Mara, probabbli ta' iktar minn 50 sena, instabet mejta fil-baħar fid-Dwejra f'Għawdex. Il-kadavru tal-mara, li l-identita' tagħha ma kinitx identifikata sal-llejla, ittella' mill-baħar minn patrol boat tal-Forzi Armati ta' Malta wara rapport li kien hemm kadavru f'wiċċ l-ilma u li sar lill-Pulizija għall-ħabta tal-5.00pm. Il-mara, ta' karnaġġjon bajdani u b'xagħrha lewn ħamrani, instabet fl-inħawi tal-Ġebla tal-Ġenerali fid-Dwejra.
Sal-llejla kien għadu mhux ċar x'wassal għall-mewt tal-mara. Il-Maġistrat Josette Demicoli ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta. Il-Pulizija qed tissokta bl-investigazzjonijiet tagħha.
|