MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Tibdil fl-arranġament tat-traffiku fil-Mellieħa

Matthew BONETT
15 ta' Mejju, 2012  19:02 CET

F'laqgħa li saret illum bejn il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u l-Ministru tat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Komunikazzjoni Austin Gatt, intlaħaq qbil biex isiru xi tibdiliet fl-arranġamenti temporanji tat-traffiku li qed joħolqu inkonvenjet minħabba x-xogħol fuq il-bini tal-bypass tal-Mellieħa. Fil-fatt, sa tmiem il-ġimgħa, Triq Ġorġ Borg Olivier għandha tinfetaħ għall-vetturi żgħar biex dawn ikunu jistgħu jgħaddu minn din it-triq fid-direzzjoni lejn il-Mellieħa. Minn naħa l-oħra, l-vetturi l-kbar, bħall-vannijiet u t-trakkijiet se jibqgħu jgħaddu mid-diversion li hemm fid-direzzjoni ta' Popeye's Village.

Bidla oħra se tkun dik li ż-żoni tal-parking li qegħdin immarkati bħala tow zones f'ħinijiet limitati fi Triq Ġorġ Borg Olivier se jsiru tow zones 24 siegħa kuljum, biex il-karozzi li jkunu telgħin lejn il-Mellieħa jkollhom minn fejn jgħaddu jekk ikunu ġejjin ukoll karozzi minn naħa l-opposta. Fl-istess triq, iż-żona tal-parking li wieħed jista' jipparkja fihom għal massimu ta' siegħa, se jonqsilhom il-ħin għal massimu ta' 45 minuta. Il-ftehim jinkludi wkoll li mis-27 ta' Mejju li ġej, meta jidħlu fis-seħħ il-bidliet fis-servizz tat-trasport pubbliku, l-karozzi tal-linja li jkunu sejrin lejn il-Belt Valletta jew lejn l-Isptar Mater Dei, jiġifieri r-rotot numru 37, 41 u 42, se jibdew jgħaddu wkoll minn Triq Ġorġ Borg Olivier.

F'kummenti ma' MaltaRightNow.com, is-Sindku tal-Mellieħa Robert Cutajar irringrazzja lill-partijiet kollha nvoluti f'dan il-ftehim, inkluż il-Ministru Austin Gatt, il-GRTU, l-MHRA u anke l-Kunsilliera kollha tal-Mellieħa, tant li dan il-ftehim intlaħaq bi qbil mal-Kunsilliera kollha tal-Mellieħa. Hu appella wkoll biex il-kuntrattur iżomm maż-żmien li hu stipolat li jitlesta x-xogħol.

Ix-xogħol fuq il-bypass tal-Mellieħa mistenni jitlesta sa tmiem din is-sena, u qed isir b'investiment ta' 5.8 miljun ewro b'investiment ko-finanzjat mill-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea taħt il-programm Ten-T. Ir-responsabbiltà ta' dan il-proġett taqa' taħt Transport Malta. L-istess proġett jinkludi wkoll il-bini mill-ġdid ta' Triq il-Marfa li mill-Għadira tagħti saċ-Ċirkewwa, li qed issir b'investiment ta' 8.8 miljun ewro.

Bookmark Print page Email page
Tibdil fl-arranġament tat-traffiku fil-Mellieħa
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Ftit siegħat oħra Gianluca jirrappreżenta lil Malta fil-Finali
Il-belt kulturali tal-Ewropa 2018 - ċertifikat ta’ ġieħ għall-ħidma tal-PN
Illum l-elezzjonijiet kmieni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista
Tnejn iweġġgħu f'ħabta bejn SUV u bendy bus
Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
Punti ewlenin
10:33 Il-funeral ta' Elias Afif Chmouni se jsir għada l-Ħadd fil-Libanu
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
11:24 Tnejn iweġġgħu f'ħabta bejn SUV u bendy bus
iktar aħbarijiet
13:10 Ftit siegħat oħra Gianluca jirrappreżenta lil Malta fil-Finali
12:19 Il-belt kulturali tal-Ewropa 2018 - ċertifikat ta’ ġieħ għall-ħidma tal-PN
11:43 Illum l-elezzjonijiet kmieni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista
11:24 Tnejn iweġġgħu f'ħabta bejn SUV u bendy bus
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
10:33 Il-funeral ta' Elias Afif Chmouni se jsir għada l-Ħadd fil-Libanu
21:34 L-anzjani jistgħu ’l quddiem ipattu ‘għan-nuqqas ta’ ħaddiema’
21:32 Tfittxija għan-nieqsa wara l-qilla tat-tornadoes
21:27 Splużjonijiet u dmija f’Baquba
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.