MaltaRightNow.com sezzjoni: Mill-Qorti
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
il-mument
Download
Life & Style
Download
Qorti

Tibda l-kumpilazzjoni ta' suldat fil-każ ta' Abdalla Mohammed li miet f'vann tad-detenzjoni

Skont l-akkużati l-vittma rreżista kemm seta' sal-aħħar

Ray ABDILLA
9 ta' Lulju, 2012  16:47 CET

Fil-Qorti tal-Maġistrati t-Tnejn bdiet il-kumpilazzjoni ta' Private Gordon Pickard, ta' 35 sena, minn Ħaż-Żabbar fejn qed jiġi mixli li biddel it-traċċi tar-reat ħareġ fil-każ ta'  Abdalla Mohammed, ta' 32 sena mill-Mali magħruf ukoll bħala  Mamadou Kamara, u li huwa immigrant fejn dan spiċċa jitlef ħajtu waqt li kien taħt il-kustodja tal-Forzi Armati ta' Malta. 

Mix-xhieda li nstemgħet quddiem il-Maġistrat Anthony Vella ħareġ li skont ma qalu l-akkużati, Abdalla Mohammed ireżista kemm seta', bl-istess Pickard jgħid li żewġ suldati li kienu miegħu, b'mod partikolari wieħed minnhom, tah bl-addoċċ fil-parti ta' taħt l-istonku tiegħu u dahru.  

Il-Kap tal-Iskwadra fit-Taqsima tadDipartiment tal-Omiċidji Keith Arnaud qal fil-Qorti li Pickard ma kienx ipparteċipa b'mod attiv fis-swat li sar fil-konfront ta' Mohammed wara li dan ħarab u reġa' inqabad ftit wara f'Ħal-Safi fid-29 ta' Ġunju li għadda. 

Fil-Qorti ħareġ li Pickard qal lill-Pulizija li huwa ra lill-immigrant jaqla' bis-sieq. B'rabta ma' dan il-każ, li seħħ matul il-lejl ta' bejn il-Ġimgħa 29 u s-Sibt 30 ta' Ġunju hemm żewġ suldati oħrajn involuti fil-każ, Mark Anthony Dimech ta' 44 sena mill-Gżira u Clive Cuschieri ta' 29 sena minn Raħal Ġdid, li qed jiġu mixlijin bil-qtil volontarju ta' Abdalla, li kkaġunawlu ġrieħi gravi u li biddlu t-traċċi tar-reat li seħħ f'vann tas-Servizz ta' Detenzjoni.   

Il-Prosekuzzjoni spjegat kif Pickard ipprova jikkalma s-sitwazzjoni fejn wara li ż-żewġ suldati l-oħrajn tefgħu lil Mohammed ma' l-art, dan qala' sitt daqqiet vjolenti fil-“groin” u dan meta s-suldati kienu liebsin żraben tal-armata li huma ta' ċertu saħħa. Meta Pickard ra lis-suldat Cuschieri literallment jixxuttja lil Mohammed, Pickard beda jgħidlu biex jikkalma u qallu “tgħaġġilx”.

Madankollu qal l-Ispettur Arnaud, Pickard ikkollabora ma' erba' rġiel oħrajn involuti fil-każ, meta qal li Mohammed “irreżista sa l-aħħar”, meta fil-fatt, l-immigrant x'aktarx kien diġa mitluf minn sensih jew probabbilment mejjet meta ittieħet lura lejn il-“barracks” ta' Ħal-Safi.  Skont wieħed mix-xhieda, wieħed mill-uffiċjali tal-armata ħass il-polz tiegħu hekk kif dan kien qed jiġi u li beda jħares lejn sħabu b'mod inkwetat.   

Ix-xhud qal li immigranti oħrajn kienu irrapportaw li Mohammed kien qiegħed idejjaqhom bl-aġir tiegħu u kien hemm ħinijiet fejn l-aġir tiegħu ma baqax iżjed tollerabbli u għalhekk ġie deċiż li jittieħed fil-kamra tal-iżolament. Kienu saru xil-10.30 p.m. tal-ġimgħa,  u hekk kif kienu sejrin bih, l-immigrant żgiċċalhom u telaq jiġri. Huwa qabeż ċint u rnexxielu jaħrab mill-kustodja tal-awtoritajiet.

Fil-fatt, għall-ħabta ta' 11.45 p.m., daħlet telefonata lill-Pulizija, li nfurmathom li kien hemm immigrant, li deher li kien mifxul jew maħrub. Is-suldati Mark Anthony Dimech u Clive Cuschieri ħarġu jfittxuh bil-vann tas-Servizzi tad-Detenzjoni, waqt li Gordon Pickard ħareġ b'vettura oħra.

Skont dak li qal Pickard lill-Pulizija, waqt li kien qiegħed idur bil-karozza, lemaħ fit-triq lil Dimech u Cuschieri li kienu qegħdin jissaraw mal-immigrant. Hemmhekk, huwa ċempel għal iżjed għajnuna u staqsa wkoll biex jiġu provduti b'manetti minħabba r-reżistenza li beda joffri l-immigrant.

Pickard qal li kif ħareġ mill-karozza, ra lil Dimech iżomm lill-immigrant, waqt li Cuschieri beda jagħtieh daqqiet b'saħħithom b'siequ. Qal li huwa mar jiġri fuqhom u qalilhom biex ma jibqgħux isawwtuh.

Clive Cuschieri kien ammetta mal-Pulizija li beda jsawtu iżda qal li għamel hekk, għax l-immigrant kien aggressiv ħafna u hu ried li jniżżlu fl-art biex ikunu jistgħu jikkontrollawh. Kien qal li ma jiftakarx eżatt fejn laqtu iżda qal li x'aktarx laqtu taħt żaqqu u f'dahru.

Kien f'12.10 a.m. meta l-“Control Room” ġiet informata li l-immigrant kien inqabad. Huma u sejrin lura bl-immigrant lejn iċ-ċentru ta' detenzjoni, Clive Cuschieri kien qiegħed isuq il-vann, Gordon Pickard kien qiegħed bilqiegħda wara s-sewwieq u Dimech, flimkien ma' uffiċjali taċ-ċentru ta' detenzjoni kienu fuq in-naħa ta' wara.

Kif waslu quddiem il-Barracks, huma rrealizzaw li l-immigrant kien mitluq u mmanettjawlu saqajh u jdejh u ddeċidew li jieħduh lejn iċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid, iżda meta waslu l-immigrant kien diġà mejjet. Dan kien għall-ħabta tan-12.38 a.m.

Huwa mifhum li hemmhekk sar ftehim bejniethom li jgħidu lill-Pulizija li l-immigrant baqa' aggressiv ħafna magħhom u baqa' joffri ħafna reżistenza. Il-Pulizija qalet li meta staqsiet uffiċjali tad-detenzjoni, huma kollha qalu li normalment, ma jidħlux fil-gaġġa ma' immigranti meta jkun fil-vann, speċjalment meta jkun aggressiv.

Xehed ukoll l-Ispettur Anthony Cachia li qal li Mohammed kien iċċertifikat mejjet meta kien għadu fil-vann. Huwa kien mimdud wiċċu ‘l fuq b'idejh u saqajh immanettjati. Dwar ir-reżistenza sa l-aħħar ta' Mohammed fil-konfront tas-suldati, u l-fatt li dawn kollha baqgħu jirrepetu dan il-fatt, uriet xettiċiżmu qawwi ta' kemm verament dan kien il-każ. 

Meta kienu nterrogati fit-tul ħareġ li l-każ seħħ meta kien hemm attakk brutali fuq Mohammed, li tant kien magħdur li dan ma seta' qatt jirreżisti sa l-aħħar. Ix-xhud qal li minkejja li Pickard sa l-aħħar baqa' jsemmi r-reżistenza tal-immigrant, ma kienx magħruf min instiga kollox. 

Abdallah Mohammed kien iċċertifikat mejjet fuq wara tal-vann tad-Dipartiment tas-Servizzi tad-Detenzjoni qrib iċ-Ċentru tas-Saħħa meta ttieħed hemm biex ikun eżaminat mit-tabib. Dak il-ħin miegħu kien hemm it-tliet suldati li jinsabu akkużati bil-konnessjoni ma' dan id-delitt. Magħhom kien hemm żewġ membri mid-Dipartiment tas-Servizzi tad-Detenzjoni, wieħed ta' 47 sena mill-Belt u l-ieħor ta' 58 sena mill-Isla. L-Avukat Mark Busuttil qed jidher għall-akkużat. It-Tlieta filgħodu jibda l-każ taż-żewġ suldati l-oħrajn quddiem il-Maġistrat Saviour Demicoli.

Bookmark Print page Email page
Tibda l-kumpilazzjoni ta' suldat fil-każ ta' Abdalla Mohammed li miet f'vann tad-detenzjoni
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Xufier ta’ trakk immultat €1,300 wara li saq b’mod perikoluż
Illiberat fuq serq ta' deheb lin-nanna tal-mara
Mhux ħati li aktar minn 13-il sena ilu seraq flus u deheb minn lukanda
Ikompli l-libell tal-Imħallef Lino Farrugia Sacco
Revokata multa għal Kurt Farrugia
Punti ewlenin
00:26 Malta fit-tmien post tal-Eurovision Song Contest 2013!
01:33 Malta fir-raba' post fis-semi-finali tal-Eurovision 2013
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
iktar aħbarijiet
01:33 Malta fir-raba' post fis-semi-finali tal-Eurovision 2013
00:26 Malta fit-tmien post tal-Eurovision Song Contest 2013!
19:53 X'jaħsbu n-nies dwar il-Eurovision ta' llejla?
19:47 Il-Knisja tfakkar il-festa tal-Għid il-Ħamsin
19:32 Konferenza dwar is-Sigurta' fl-Ikel mill-Assoċjazzjoni għad-Drittijiet tal-Konsumatur
19:26 Splużjoni fuq il-Qamar
19:25 Nannakola Asjatika qed tagħmel ħerba fil-Ġermanja
19:23 Hollande jillegalizza ż-żwieġ bejn omosesswali
19:22 Il-Korea ta' Fuq tispara tliet missili
19:19 Tama għal Madeleine McCann
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.