29 ta' Ġunju, 2012
16:45 CET |
Dominique Strauss-Kahn, l-eks kap tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u li bħalissa qed ikun investigat rigward prostituzzjoni, u l-mara tiegħu sseparaw.
Anne Sinclair, li ġejja minn familja sinjura u lid an l-aħħar reġgħet irritornat lejn il-karriera fil-media, u Strauss-Kahn separaw madwar xahar ilu u issa kienu qed igħixu f'appartamenti separati f'Pariġi skont sors li hu qrib Strauss-Kahn.
Kien hemm rapporti li Sinclair keċċiet lil Strauss-Kahn mir-residenza tagħhom fiċ-ċentru ta' Pariġi.
Strauss-Kahn u Sinclair kienu ilhom miżżewwġa 20 sena.
Strauss-Kahn qed ikun investigat kemm dwar grupp ta' prostituzzjoni kif ukoll każ ta' stupru minn grupp irġiel.
Fl-2011, Strauss-Kahn kellu jirriżenja mit-tmexxija tal-IMF wara li kien akkużat bi stupru minn fattiga f'lukanda lussuża fi New York.
|