maltarightnow.com
30 ta' Mejju, 2012
20:03 CET |
Il-kumpaniji li qed jiżviluppaw l-art qalu li s-suq tal-proprjeta' għar-residenti f'Londra u fl-inħawi tax-Xlokk għadu 'qawwi' sal-lum u mistenni jifforma l-bażi għall-iżvilupp matul is-sena.
Kelliema għal Telford Homes, żviluppaturi ta' residenzi f'Londra, qalu li l-qligħ qabel it-taxxa tela' b'għoxrin fil-mija għas-sena li tintemm f'Marzu u li din kienet xprunata mill-iżvilupp tal-kumpanija f'din il-belt kapitali.
Dan meta l-'elementi tal-housing market (f'Londra) jibqgħu sodi' u bl-eżekuttivi f'dan il-qasam qed jistennew 'żieda sostanzjali fil-qligħ (qabel it-taxxa) matul is-sena finanzjarja ġdida.
Sadattant il-kumpanija St Modwen – li l-proġetti tagħha jinkludu ċ-ċentru kummerċjali Elephant & Castle f'Londra u d-Discovery Court Business Centre f'Poole – qalet li l-kummerċ riċenti kien inkoraġġanti waqt li wkoll qed jistenna qligħ 'superjuri għal tas-sena li għaddiet.
Il-kumpaniji tal-proprjeta' llum qed jibbażaw l-istrateġiji fuq is-settur tar-residenzi u fost indikazzjonijiet li l-iżvilupp se jkompli jaqbad ritmu fl-inħawi ta' Londra u lejn iz-zoni Britanniċi tax-Xlokk.
|