MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Soċjeta' mingħajr union u politikanti sewwa, timrad – Mario Tabone Vassallo

Herman MICALLEF
4 ta' Mejju, 2012  19:22 CET

“Soċjeta' mingħajr union u politikanti sewwa, timrad”. Hekk saħaq l-opinjonista Mario Tabone Vassallo f'seminar organizzat mill-FOR.UM Unions Maltin dwar it-trejdunjoniżmu u l-politika  fil-kwartieri tal-Union tal-Għalliema, il-Belt ilbieraħ.
 
Mario Tabone Vassallo sostna li għall-bniedem u għas-soċjeta', it-trejdunjoniżmu u l-politika għandhom jaħdmu id f'id, “jgħinu u jgħassu lil xulxin”.

Tabone Vassallo qal li xogħol il-union hu li tgħallem lill-individwu li sewwa li kulħadd jagħmel dmiru u tgħinu jitgħallem jagħmlu. Iżda biex “tħares il-ħaddiema l-oħra, ma tistax tħalli lill-kotra tabbuża għax ibati kulħadd”.

Staqsa jekk union għandhiex dritt, jekk mhux ukoll dmir, li xxandar it-tħassib tagħha dwar it-tkasbir tad-drittijiet tal-membri tagħha. Staqsa wkoll jekk dawn id-drittijiet jikkonsistux biss fil-paga, il-ħinijiet u l-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Dmir il-union, sostna Tabone Vassallo, hu li tħares l-għajxien tal-bniedem iżda mhux biss< union trid tħares ukoll dak kollu li hu sewwa, dak kollu li jgħolli lill-bniedem u hekk igawdi kulħadd.

Saħaq li meta tiddgħajjef is-soċjeta', meta titnawwar id-demokrazija, union issib li tkun iddgħajfet hi wkoll. Mario Tabone Vassallo qal li union m'għandhiex tkun ta' partit jew ieħor u m'għandha qatt tintrikeb.

Is-seminar kompla b'diskussjoni bis-sehem ta' esponenti mill-unions, korpi kostitwiti u msieħba soċjali. L-opinjonista Manuel Micallef, fost oħrajn, qal li l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) għandu jgħolli l-livell u jingħata iżjed riżorsi biex id-djalogu soċjali jissaħħaħ.

Hu qal li l-unions għandhom ikunu viġilanti u jkollhom irwol ta' pressure groups iridu jkunu jafu jippreżentaw proposti lill-partiti. Fuq kollox, il-unions għandhom ikunu strumentali għal bidla fil-pajjiż.

Karl Wright, ġurnalist ma' Radju RTK u trejdunjonista stqarr li nqas nies qed jissieħbu f'union u dan forsi minħabba biża' minn theddid fil-post tax-xogħol.

Sostna li union trid tgħaddi minn proċess kontinwu fejn teduka lill-ħaddiem, tgħinu jifhem li hu parti minn grupp u tgħinu li d-diversita' fil-ħiliet hi neċessita'.

Hu qal li wasal iż-żmien li kull ħaddiem f'union jikkontribwixxi bil-miżata tiegħu biex mill-flus miġbura mill-union jibbenefikaw il-ħaddiema minn diversi inizjattivi bħal skemi ta' taħriġ. Karl Wright żied li l-vuċi u d-dinjita' tal-ħaddiema għandhom ikunu valutati.

Is-seminar intemm b'indirizz minn John Bencini, il-President tal-FOR.UM Unions Maltin u qal li hemm qasma bejn azzjoni mwettqa minn union u attivita' politika.

Filwaqt li l-unions jassoċjaw lil infushom ma' partiti politiċi jew gruppi, li għandhom l-istess aspirazzjonijiet, hemm ir-riskju li r-responsabbiltajiet tal-unions u l-partiti, partikularment meta jkunu rappreżentati fil-gvern, jispiċċaw imċajpra jekk ma jinżammux separati.

Bookmark Print page Email page
Soċjeta' mingħajr union u politikanti sewwa, timrad – Mario Tabone Vassallo
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
L-anzjani f'San Vinċenz de Paul ma jitniżżlux mis-sodda
Eżerċizzju fiżiku bl-ispinning bikes f'Tas-Sliema
Proċess ta' konsultazzjoni biex titfassal Strateġija Nazzjonali dwar il-'Litteriżmu għal Kulħadd'
'Belt Żgħira, Ambizzjoni Kbira'
Ftit siegħat oħra Gianluca jirrappreżenta lil Malta fil-Finali
Punti ewlenin
18:04 L-anzjani f'San Vinċenz de Paul ma jitniżżlux mis-sodda
13:10 Ftit siegħat oħra Gianluca jirrappreżenta lil Malta fil-Finali
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
iktar aħbarijiet
18:04 L-anzjani f'San Vinċenz de Paul ma jitniżżlux mis-sodda
15:23 Eżerċizzju fiżiku bl-ispinning bikes f'Tas-Sliema
14:42 Proċess ta' konsultazzjoni biex titfassal Strateġija Nazzjonali dwar il-'Litteriżmu għal Kulħadd'
13:47 'Belt Żgħira, Ambizzjoni Kbira'
13:10 Ftit siegħat oħra Gianluca jirrappreżenta lil Malta fil-Finali
12:19 Il-belt kulturali tal-Ewropa 2018 - ċertifikat ta’ ġieħ għall-ħidma tal-PN
11:43 Illum l-elezzjonijiet kmieni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista
11:24 Tnejn iweġġgħu f'ħabta bejn SUV u bendy bus
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.