MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Se jinfetaħ uffiċċju konsolari ġdid f'Misurata


9 ta' Lulju, 2012  19:12 CET

Ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Libja se jkomplu jissaħħu bil-ftuħ ta' uffiċju konsulari Malti fil-belt ta' Misurata.  

L-aħbar ta' dan it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-belt Libjana ta' Misurata ngħatat mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi meta f'Kastilja indirizza lill-membri eletti tal-Kunsill Lokali ta' Misurata li ġew Malta flimkien ma' numru kbir ta' uffiċjali Libjani mill-komunita kummerċjali ta' din il-Belt. 

Għal din il-laqgħa kienu preżenti rappreżentanti Maltin ta' għaqdiet u entitajiet li taw kontribut kbir fil-ħidma umanitarja matul ir-rivoluzzjoni, fosthom il-Forzi Armati Maltin u l-Korp tal-Pulizija.

Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi feraħ lill-Kunsill Lokali ta' Misruata, li hu l-ewwel Kunsill Lokali li kien elett demokratikament wara t-tneħħija tar-Reġim ta' Gaddafi. 

Il-Prim Ministru identifika l-kummerċ, l-edukazzjoni, is-settur marittimu u dak tas-saħħa bħala is-setturi ewlenin li fihom iż-żewġ pajjiżi għandhom u jistgħu  jikkollaboraw.

Dwar il-ġlieda Libjana għal-liberta', il-Prim Ministru Malti sostna li l-poplu Malti u dak Libjan għandhom ikunu rikonoxxenti għall-vittmi li tilfu ħajjithom fil-ġlieda għad-demokrazija.

L-apprezzament Libjan lejn il-kontribut li tat Malta fil-ġlieda tal-Libjani kontra r-reġim ta' Gaddafi kien espress mill-Viċi-Sindku ta' Misurata Mohammed Aljamal li qal li l-għajnuna li ta l-poplu Malti lill-poplu Libjan kienet l-akbar għajnuna li l-poplu Malti qatt ta lil-Libja. Hu qal li hekk kif Malta kienet solidali mal-poplu Libjan fil-ġlieda għal-liberta', hekk ukoll issa l-poplu Libjan irid lill-Maltin spalla ma' spalla miegħu fil-bini ta' Libja demokratika ġdida.

Fl-istess laqgħa, il-Kunsill ta' Misurata preżenta rrikonoxximenti lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi, lill-Viċi-Prim Ministru Tonio Borg u lid-deputat Carm Mifsud Bonnici li fil-perjodu tal-kriżi kien il-Ministru responsabbli mill-ħidma umanitarja Maltija b'appoġġ lejn il-poplu Libjan.

Qabel saru l-laqgħat fil-Berġa ta' Kastilja, delegazzjoni mill-Kamra tal-Kummerċ Libjana kellha laqgħat mal-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzoppardi. F'din il-laqgħa kienu diskusi l-opportunitajiet li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi bil-Ministru Azzopardi jgħid li l-poplu Malti kien u jibqa' solidali bil-fatti mal-poplu ta' Misurata kemm fl-għawġ kif ukoll fil-mumenti pożittivi.

Bookmark Print page Email page
Se jinfetaħ uffiċċju konsolari ġdid f'Misurata
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
“Proċess ta' għażla li għandu jkun proċess ta' għaqda” - Mario de Marco
Il-PN għandu jinvolvi aktar lin-nies - Claudette Buttigieg
Partit mill-ġdid rebbieħ miftuħ għal kulħadd - Beppe Fenech Adami
Iktar opportunitajiet għas-settur tat-teknoloġija tal-informatika
Il-GWU qed tappella biex tiddaħħal liġi dwar il-prekarjat
Punti ewlenin
17:37 Ħbiberija u koperazzjoni mill-qrib bejn Malta u l-Istati Uniti
20:34 Partit mill-ġdid rebbieħ miftuħ għal kulħadd - Beppe Fenech Adami
20:37 Il-PN għandu jinvolvi aktar lin-nies - Claudette Buttigieg
20:51 “Proċess ta' għażla li għandu jkun proċess ta' għaqda” - Mario de Marco
iktar aħbarijiet
21:34 L-anzjani jistgħu ’l quddiem ipattu ‘għan-nuqqas ta’ ħaddiema’
21:32 Tfittxija għan-nieqsa wara l-qilla tat-tornadoes
21:27 Splużjonijiet u dmija f’Baquba
21:22 ‘Suspettat ewlieni’ fl-attakki ta’ Reyhanli
21:13 Iweġġa’ l-kantant George Michael
21:01 Ban Ki-moon iħeġġeġ taħditiet immedjati dwar il-kriżi
20:51 “Proċess ta' għażla li għandu jkun proċess ta' għaqda” - Mario de Marco
20:37 Il-PN għandu jinvolvi aktar lin-nies - Claudette Buttigieg
20:34 Partit mill-ġdid rebbieħ miftuħ għal kulħadd - Beppe Fenech Adami
19:52 Iktar opportunitajiet għas-settur tat-teknoloġija tal-informatika
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.