MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Rebħa li biddlet pajjiż

25 sena wara l-elezzjoni tal-1987


9 ta' Mejju, 2012  11:17 CET

Nhar id-9 ta' Mejju tal-1987 kienet saret l-elezzjoni li wasslet biex il-Partit Nazzjonalista ngħata l-mandat mill-poplu biex ikun jista' jiggverna. Dan wara li fl-1981, minkejja li ġab il-maġġoranza tal-voti, il-Partit Laburista, dak iż-żmien immexxi minn Duminku Mintoff, kien għażel li jibqa' jmexxi hu.

Kienet elezzjoni li saret fi żmien meta f'pajjiżna kien hawn tensjoni politika, kawża wkoll ta' vjolenza politika fil-konfront ta' partitarji Nazzjonalisti.

Kienet elezzjoni li segwiet xeni u avvenimenti li jibqgħu mniżżla bħala kapitlu iswed fl-istorja politika ta' pajjiżna, bħalma kienu l-vjolenza waqt il-mass meeting f'Tal-Barrani, li segwiet il-qtil politiku ta' Raymond Caruana, kif ukoll il-frame up fuq Pietru Pawl Busuttil.

Wara dik l-elezzjoni, fil-pajjiż bdiet bidla sħiħa. Bidla li kienet immexxija mill-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, li ra kif pajjiżna seta' jaqbad rotta differenti minn dik li kienu daħħlu lil pajjiżna fiha gvernijiet Soċjalisti. Pajjiżna beda bl-espansjoni f'diversi setturi u llum qed ingawdu wkoll deċiżjonijiet li kienu ttieħdu minn dak il-gvern li biddel pajjiż.

Rajna l-liberalizzazzjoni tax-xandir, li wasslet għall-pluraliżmu, rajna riformi sħaħ u setturi li kienu kkontrollati mill-gvern li bdew jiġu liberalizzati.
 
 
 
Kien Gvern Nazzjonalista li wassal biex illum pajjiżna jinsab membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, li llum qed tfakkar it-twaqqif tagħha. Minn hemm pajjiżna baqa'  jaħdem biex issieħeb ukoll fiż-żona ewro.

Illum, grazzi għar-riformi li wettqu gvernijiet Nazzjonalisti, pajjiżna jinsab iħares 'il quddiem biex ikun ċentru ta' eċċellenza f'diversi oqsma. Ċirkustanzi li wasslu biex qed nispikkaw f'setturi bħalma huma s-servizzi finanzjarji, l-ICT, is-settur tal-farmaċewtika, u oħrajn.

Dan kollu seħħ grazzi għall-fatt li l-poplu kien wera, u baqa' juri fiduċja fil-Partit Nazzjonalista.

Bookmark Print page Email page
Rebħa li biddlet pajjiż
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Eżerċizzju fiżiku bl-ispinning bikes f'Tas-Sliema
Proċess ta' konsultazzjoni biex titfassal Strateġija Nazzjonali dwar il-'Litteriżmu għal Kulħadd'
'Belt Żgħira, Ambizzjoni Kbira'
Ftit siegħat oħra Gianluca jirrappreżenta lil Malta fil-Finali
Il-belt kulturali tal-Ewropa 2018 - ċertifikat ta’ ġieħ għall-ħidma tal-PN
Punti ewlenin
10:33 Il-funeral ta' Elias Afif Chmouni se jsir għada l-Ħadd fil-Libanu
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
11:24 Tnejn iweġġgħu f'ħabta bejn SUV u bendy bus
iktar aħbarijiet
15:23 Eżerċizzju fiżiku bl-ispinning bikes f'Tas-Sliema
14:42 Proċess ta' konsultazzjoni biex titfassal Strateġija Nazzjonali dwar il-'Litteriżmu għal Kulħadd'
13:47 'Belt Żgħira, Ambizzjoni Kbira'
13:10 Ftit siegħat oħra Gianluca jirrappreżenta lil Malta fil-Finali
12:19 Il-belt kulturali tal-Ewropa 2018 - ċertifikat ta’ ġieħ għall-ħidma tal-PN
11:43 Illum l-elezzjonijiet kmieni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista
11:24 Tnejn iweġġgħu f'ħabta bejn SUV u bendy bus
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
10:33 Il-funeral ta' Elias Afif Chmouni se jsir għada l-Ħadd fil-Libanu
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.