MaltaRightNow.com sezzjoni: Ekonomija
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Ekonomija

Reġistrat titjib għall-banek Maltin minkejja l-maltemp ekonomiku

Kristy DEBONO
27 t' April, 2012  16:22 CET

Minkejja l-kriżi finanzjarja dinija u l-maltemp ekonomiku ta' madwarna, il-grupp Bank of Valletta rraporta profitt qabel it-taxxa ta' €49.1 miljun għall-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja 2012. Dan ifisser żieda ta' kważi €4 miljun fuq il-profitt li għamel il-BOV fl-istess perjodu s-sena l-oħra.

Meta kien qed jippreżenta r-riżultati ta' nofs is-sena, iċ-Chairman tal-BOV Roderick Chalmers fakkar li fl-ewwel 3 xhur tas-sena finanzjarja kurrenti kien hemm kriżi aktar profonda fiż-Żona Ewro li kienet mtaffija bil-miżuri li ħa l-Bank Ċentrali Ewropew.

Chalmers qal li l-BOV sar l-ewwel bank f'Malta li wiegeb ghall-preferenzi dejjem jinbidlu tal-klijent u ricentement anke nieda s-servizz tal-mobile banking. S'issa 6,600 klijent applikaw ghal dan is-servizz.

Iċ-Chairman qal li l-Bank kompla bl-inzjattiva tal-JEREMIE li tgħin lill-intrapriżi żgħar u medji b'self, u spjega li minn din l-inzjattiva konġunta mal-Kummissjoni Ewropea u l-Fond Ewropew għall-Investiment, s'issa n-negozji ż-żgħar gawdew minn total ta' €23 miljun.  Iċ-Chairman ta ħarsa lejn l-ekonomija Maltija u qal li hu essenzjali għal Malta li tkompli tiżviluppa f'setturi ġodda ta' attivita' bħala mezz kif tiġġieled kull tnaqqis potenzjali f'setturi li qabel kienu suċċess. Hu faħħar il-wasliet stabbli tat-turisti, il-livelli kostanti ta' impjieg u s-settur tas-servizzi b'saħħtu. 

Anke' l-APS Bank żied il-profitti minkejja il-kriżi finanzjarja. Fil-fatt, fl-2011 l-APS Bank irreġistra kważi €8.5 miljun fi profitt qabel it-taxxa. Dan fisser sena rekord oħra għall-Bank fid-dħul tiegħu.

Meta indirizza l-laqgħa ġenerali annwali tal-bank, iċ-Chairman tal-APS Emanuel Delia innota li r-riżultati miksuba juru li l-kunċetti ta' impenn soċjali u profittabilta m'humiex inkonsistenti.

Ir-riżultati miksuba matul l-2011 juru li l-assi totali tal-Bank kibru għal €814 miljun minn €787 miljun, waqt li s-self żdied b'€51 miljun. Min-naħa l-oħra, id-depożiti naqsu bi ftit, nuqqas ta' €12-il miljun.

Bookmark Print page Email page
Reġistrat titjib għall-banek Maltin minkejja l-maltemp ekonomiku
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Jogħla bi 3% l-indiċi tal-prezzijiet f'April
L-Unjoni Ewropea tbassar żieda fid-deficit
Il-BĊE inaqqas ir-rati tal-imgħax f'livell rekord baxx
L-APS Bank Group irreġistra profit ta' €9.9 miljun qabel it-taxxa
Il-Bank APS jagħmel profitt rekord ta' €9.9 miljun
Punti ewlenin
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
10:53 Joseph Muscat jiddefendi l-aġir tal-President fuq il-kwistjoni ta' Darleen Zerafa
iktar aħbarijiet
19:46 Neputiżmu mis-Sindku ta' Ħal Luqa
19:38 $408,000 għall-kitarra ta’ Lennon u ta’ Harrison
19:36 Għaliex m’għandekx tipposponi għal għada dak li jista’ jsir illum....
19:34 Arja ta’ pessimiżmu dwar il-futur wara r-rewwixta
18:41 Imnedija l-kampanja “Dog Training Made Easy”
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
16:07 Irkottafest f'Ħal Kirkop
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
14:32 Iċċelebrat il-Jum Marittimu Ewropew
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.