14 t' April, 2012
19:48 CET |
L-attur famuż Taljan Raoul Bova jinsab Malta sabiex jinħadmu xeni mit-tieni serje ta' "Come un Delfino", serje li tintwera fuq l-istazzjon Taljan Canale 5 tal-Mediaset. L-attur Raoul Bova li qed jieħu sehem u jidderieġi wkoll il-film, mistenni li jdum Malta madwar sitt ġimgħat. Għalih u għall-kumpanija tiegħu, din ma kinitx l-ewwel darba li ġie Malta fuq xogħol, kif jidher mill-filmat mehmuż ma' dan l-artiklu.
Is-serje "Come un Delfino" hija serje popolari ferm mhux biss mat-Taljani iżda anke mal-Maltin. Il-filming tat-tieni sensiela mistenni jkun bbażat f'Ruma u f'Malta. Bħala parti mill-cast se jieħdu sehem wkoll l-atturi Taljani Ricky Memphis u Giulia Bevilacqua kif ukoll se jieħdu sehem atturi Maltin.
Dan is-sit ħa l-kummenti ta' Bova, kif jidhru f'dawn il-filmat. Iktar minn hekk, permezz ta' dan is-sit, Raoul Bova xtaq jirringrazzja lill-ammiraturi tiegħu f'pajjiżna. Huwa rringrazzja wkoll lill-Awtoritajiet Maltin talli għenu lil kumpanija tiegħu San Marco li qed tieħu ħsieb il-produzzjoni tas-serje, kif ukoll rringrazzja lil-Kunsill Malti għall-isport tal-ospitalita' li offrewlhom ġewwa il-Pixxina Nazzjonali f'Tal Qroqq.
|