Kenneth XUEREB
18 t' Awwissu, 2012
13:09 CET |
F’Londra, grupp ta’ attivisti ipprotestaw quddiem l-ambaxxata Russa kontra s-sentenza ta’ priġunerija mogħtija lill-grupp Punk Russu Pussy Riot ghaliex ipprotesta kontra l-President Vladimir Putin f’katidral f’Moska.
It-tliet tfajliet intbagħtu sentejn ħabs wara li nstabu ħatja li “kisru l-ordni soċjali” fi Frar li għadda meta ipprotestaw kontra l-appoġġ li l-Knisja Ortodossa kienet qed tagħti lil Vladimir Putin fl-elezzjoni presidenzjali ta’ Marzu.
L-Istati Uniti, l-Unjoni Ewropea u Amnesty International qalu li s-sentenza kienet waħda sproporzjonata u tpoġġi dubji serji dwar l-impenn tar-Russja biex tissalvagwardja id-dritt tal-espressjoni.
|