MaltaRightNow.com sezzjoni: Ekonomija
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
il-mument
Download
Life & Style
Download
Ekonomija

Prestazzjoni ekonomika impressjonanti - l-IMF

Robert CREMONA
8 ta' Mejju, 2012  14:58 CET

Skont il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), il-qagħda finanzjarja ta' Malta miexja 'l quddiem b'mod impressjonanti, il-konsum pubbliku qed jiżdied, it-turiżmu qed jiżdied, l-esportazzjoni ukoll qed tiżdied, filwaqt li l-pajjiż qed isir aktar kompetittiv u l-ekonomija qed tirkupra tajjeb mill-effett tal-kriżi ekonomika dinjija.

Ir-rapport ġie ppreżentat mill-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech f'konferenza tal-aħbarijiet li matulha spjega kif l-IMF reġgħet tat ċertifikat mill-aqwa lil pajjiżna.

Il-Ministru Fenech qal li dan hu rapport ieħor pożittiv li jfaħħar il-prestazzjoni fil-qasam ekonomiku u l-qasam tax-xogħol.

Ir-rapport tal-IMF jikkonferma d-decizjonijiet għaqlin li ħa l-Gvern fl-eqqel tar-riċessjoni internazzjonali – meta pajjiżi kbar irreġistraw tnaqqis ekonomiku ta' 2%, Malta kellha tkabbir ta' 1.5%.

L-IMF terga' tikkonferma s-saħħa tas-settur finanzjarju tal-pajjiż, l-inflazzjoni hija anqas mill-medja Ewropea, filwaqt illi ixxejjen għal kollox l-akkuzi tal-Oppozizzjoni laburista illi qed tgħid li Malta mhux veru qed tilħaq il-miri finanzjarji tagħha. Issa, anke istituzzjoni ewlenija bħal mhi l-IMF qed tgiddeb dawn l-għajdut.

Il-Ministru Tonio Fenech spjega li l-Gvern għandu programm ċar biex inaqqas l-iżbilanċ, u se jkompli jaħdem biex jintlaħqu dawn il-miri. Il-Ministru fakkar kif tul l-aħħar snin il-Gvern introduċa diversi inċentivi għan-negozjant iż-żgħir, kien hemm tnaqqis fl-income tax fi tliet Budgets konsekuttivi, filwaqt li l-pajjiż ibbenifika minn miljuni ta' fondi Ewropej.

F'dan ir-rapport l-IMF ifaħħar il-politika tal-Gvern, li jirreferi għaliha bħala 'prudenti' f'ċirkustanzi globali diffiċli.

Fuq kollox, L-IMF jiddeskrivi l-performance ekonomika ta' pajjiżna bħala impressjonanti u jgħid li Malta hija wieħed mil-aktar pajjiżi fost dawk avvanzati li wettaq progress f'dan is-sens.

Bookmark Print page Email page
Prestazzjoni ekonomika impressjonanti - l-IMF
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Jogħla bi 3% l-indiċi tal-prezzijiet f'April
L-Unjoni Ewropea tbassar żieda fid-deficit
Il-BĊE inaqqas ir-rati tal-imgħax f'livell rekord baxx
L-APS Bank Group irreġistra profit ta' €9.9 miljun qabel it-taxxa
Il-Bank APS jagħmel profitt rekord ta' €9.9 miljun
Punti ewlenin
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
13:37 Ħadd ma weġġa' f'inċident tat-traffiku fin-Naxxar
13:43 Nirien kbar jaħkmu appartament f'Burmarrad
10:53 Joseph Muscat jiddefendi l-aġir tal-President fuq il-kwistjoni ta' Darleen Zerafa
iktar aħbarijiet
16:50 Folla kbira ta' nies tilqa' lil Gianluca
16:07 Irkottafest f'Ħal Kirkop
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
14:32 Iċċelebrat il-Jum Marittimu Ewropew
14:14 Festa Fjuri fl-Iklin
13:43 Nirien kbar jaħkmu appartament f'Burmarrad
13:37 Ħadd ma weġġa' f'inċident tat-traffiku fin-Naxxar
12:14 Fun Walk b'risq id-Dar tal-Providenza mill-iskola Primarja tas-Siġġiewi
11:55 Il-PN jifraħ lil Gianluca Bezzina
11:25 Tnaqqis drastiku għar-riċerka fl-Universita'
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.