29 t' April, 2012
19:03 CET |
Il-Gvern Ingliż qed jevalwa l-possibilta` li jinstalla missili tad-difiża mill-ajru fuq il-bjut ta' flats residenzjali bħala mezz ta' sigurta` għal waqt l-Olimpjadi ta' Londra. Ir-residenti rċevew ukoll fuljetti biex ikunu avżati li fil-jiem tal-logħob jista` jkun hemm suldati stazzjonati fiz-zoni residenzjali. Apparti minn hekk, avża lir-residenti ta' Londra li bejn it-2 u l-10 ta' Mejju se jkun hemm eżerċizzju kbir militari.
|