maltarightnow.com
21 t' April, 2012
15:47 CET |
Iż-żjara tad-delegazzjoni kummerċjali fil-Libja, organizzata mill-Malta Enterprise, u mmexxija mill-Ministri Tonio Fenech u Jason Azzopardi, diġa' bdiet tħalli l-frott. Fil-fatt, l-għada li rritornat din id-delegazzjoni, l-GRTU organizzat laqgħa għall-membri tagħha – li jammontaw għal madwar 7,000 – li matulha ġew diskussi l-possibilitajiet li negozjanti Maltin jinvestu fil-Libja.
Fil-fatt, f'kummenti ma' dan is-sit, il-President tal-GRTU Paul Abela spjega kif iż-żjara kummerċjali fil-Libja kienet importanti ħafna għan-negozju Malti. Paul Abela qalilna li l-laqgħa li organizzat il-GRTU kienet importanti biex in-negozjanti Maltin jkollhom aktar informazzjoni dwar il-possibilitajiet li jinvestu fil-Libja.
Tkellimna wkoll mal-Ministru Tonio Fenech dwar kif din iż-żjara mistennija tħalli impatt pożittiv ferm fuq in-negozju Malti lil hinn minn xtutna.
Wara din iż-żjara għal negozjanti interessati li jinvestu fis-settur marittimu, il-ħsieb hu li fil-ġimgħat li ġejjin, Malta Enterprise torganizza żjarat oħra għal delegazzjonijiet kummerċjali f'setturi oħra.
|