MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Numru ta' Libjani li jgħixu Malta jipprotestaw kontra min qed imexxi l-ambaxxata Libjana


14 ta' Mejju, 2012  16:53 CET

Numru ta' Libjani li jgħixu f'Malta qed jipprotestaw kontra min qed imexxi l-Ambaxxata Libjana f'pajjiżna, għax skont huma dawn m'humiex maħtura bħala uffiċjali Libjani għal Malta. Dan is-sit tkellem ma' wħud minn dawk li t-Tnejn filgħodu nġabru jipprotestaw quddiem l-ambaxxata Libjana f'Ħ' Attard, li qalu li n-nies tal-ambaxxata m'huma qed jagħmlu xejn sabiex itejbu l-għajxien tal-Libjani f'Malta. 

Huma qed jgħidu li dawk li qed imexxu l-ambaxxata Libjana f'pajjiżna qed japprofittaw mill-pożizzjoni tagħhom billi jieħdu donazzjonijiet li jaslu Malta mil-Libja għall-ħtiġijiet personali tagħhom. Il-Libjani sostnew li issa li pajjiżhom sar pajjiż demokratiku jixtiequ li l-persuni li jirrappreżentawhom f'Malta jkunu dawk li verament jirrispettaw id-drittijiet tal-komunita' Libjana f'Malta.

Bħala Libjani li jgħixu f'Malta huma jixtiequ li jivvutaw għall-mexxej il-ġdid tal-Libja hekk kif ix-xahar id-dieħel se ssir l-ewwel elezzjoni wara 42 sena ta' dittatorjat taħt it-tmexxija ta' Ghaddafi. Izda l-Libjani li jgħixu f'Malta qed isostnu li l-ambaxxata s'issa ma għamlet xejn sabiex huma jingħatalhom id-dritt li jivvutaw.

Aktar tard matul il-jum tat-Tnejn il-Libjani li kienu qed jipprotestaw kellhom laqgħa ma' uffiċċjal Libjan għall-Affarijiet Barranin fejn ġie konkluz li se jsir minn kollox sabiex il-persuni fl-ambaxxata jitneħħew mill-pożizzjoni tagħhom u li bħala Libjani li jgħixu Malta jingħatalhom id-dritt li jivvutaw fl-elezzjoni li se ssir fil-Libja f'Ġunju.

Matul din il-laqgħa, bħala komunita' Libjana f'Malta huma esprimew ukoll ix-xewqa li jkun hemm aktar tisħiħ tal-investiment bejn iż-żewġ pajjiżi fejn għandu x'jaqsam mal-edukazzjoni bi proġetti li jgawdu minnhom kemm il-poplu Malti kif ukoll dak Libjan

Bookmark Print page Email page
Numru ta' Libjani li jgħixu Malta jipprotestaw kontra min qed imexxi l-ambaxxata Libjana
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Twissija ta' riefnu
'Tomorrow' ta' Gianluca Bezzina tagħmel hit fl-Ingilterra!
"Determinazzjoni biex tingħeleb id-disfatta elettorali" - Mario de Marco
"Is-sehem ta’ kulħadd biex il-PN ikun qrib in-nies" - Claudette Buttigieg
"Sens ta' umilta`, lealta` u servizz lejn il-Partit" – Beppe Fenech Adami
Punti ewlenin
19:33 Probabilta' kbira li l-Kummissjoni Ewropea tiftaħ proċeduri kontra l-Gvern Malti
21:06 "Determinazzjoni biex tingħeleb id-disfatta elettorali" - Mario de Marco
21:04 "Is-sehem ta’ kulħadd biex il-PN ikun qrib in-nies" - Claudette Buttigieg
21:03 "Sens ta' umilta`, lealta` u servizz lejn il-Partit" – Beppe Fenech Adami
iktar aħbarijiet
21:32 Twissija ta' riefnu
21:24 'Tomorrow' ta' Gianluca Bezzina tagħmel hit fl-Ingilterra!
21:06 "Determinazzjoni biex tingħeleb id-disfatta elettorali" - Mario de Marco
21:04 "Is-sehem ta’ kulħadd biex il-PN ikun qrib in-nies" - Claudette Buttigieg
21:03 "Sens ta' umilta`, lealta` u servizz lejn il-Partit" – Beppe Fenech Adami
20:13 Oklahoma tagħmel il-kontijiet
20:11 L-ewwel każ tal-virus il-ġdid
20:09 Issaħħaħ is-sigurtà madwar l-ambaxxati
19:53 Iħejju għat-tmiem ta’ era
19:50 Maqtul raġel b’rabta mal-bombi ta’ Boston
Editorjal

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.