MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Muscat b'parir ieħor ħażin

- kien qal li l-Gvern ma jistax idaħħal skema li tgħin lis-sidien tan-negozji

Neil CAMILLERI
5 t' Awwissu, 2012  18:13 CET

L-iskema tal-Micro Guarantee li ftit jiem ilu tnidiet uffiċċjalment mill-Gvern hija skema li tgħin lin-negozji sabiex ikomplu jinvestu, jkabbru l-operat tagħhom u jsaħħu l-ekonomija Maltija. In-negozji ż-żgħar huma s-sinsla tal-ekonomija Maltija u l-Gvern qiegħed kontinwament joħloq skemi u inċentivi sabiex jgħin lin-negozji jkomplu jirnexxu.

L-iskema, li tħabbret fl-aħħar Bagit, u li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Awwissu, toffri l-opportunita' lis-self-employed u sidien ta' negozji li jħaddmu sa 20 ruħ, li jgawdu minn garanziji biex jieħdu self minn banek biex ikunu jistgħu jew jibdew negozju jew anki jkabbru n-negozju tagħhom. Il-Gvern se jkun qed jiggarantixxi sa 90% tas-self.

Il-kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat mill-ewwel kien xettiku dwar din l-iskema - sa minn meta tħabbret fil-bagit. Fir-risposta tiegħu għad-diskors tal-bagit f'Novembru li għadda, Muscat kien qal li dawn it-tip ta' skemi humiex permissibbli taħt ir-regoli tal-Unjoni Ewropea.

Iżda Muscat kien żbaljat. Din l-iskema hi permissibbli u l-Gvern għamel użu minnha biex ikompli jgħin lin-negozji żgħar u medji. Muscat kontinwament jipprova jaqta' qalb in-negozjanti, u filwaqt li jagħmel ħafna wegħdi, għadu sal-lum ma ppreżenta l-ebda proposta konkreta dwar dan is-settur.

B'kuntrast man-nuqqas ta' proposti mill-Oppożizzjoni, tul din il-leġiżlatura l-Gvern ħoloq skemi u inċentivi biex isaħħaħ in-negozji u jinħolqu l-impjiegi. Fosthom l-iskema MicroCredit, li minnha gawdew iktar minn 300 negozju - li bejniethom ħadu €30 miljun u investew €50 miljun lura fl-ekonomija. L-iskema MicroInvest applikaw għaliha iktar minn 1,700 negozju, b'400 minnhom huma negozji Għawdxin u bejniethom impjegaw 360 persuna.

Bookmark Print page Email page
Muscat b'parir ieħor ħażin
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
''Mingħajr ma jkun partit konfessjonali, il-PN għandu sisien insara'' - Simon Busuttil
Ronnie Pellegrini biex jinħatar Chairman ġdid tal-Freeport?
Iktar ħatriet “Tagħna Lkoll” fil-PBS
Ebda nomina għal Chairman tal-AD
Tibqa' d-diffikultà biex jinġieb malta l-katavru ta' ċiklist Malti miċ-Ċina
Punti ewlenin
15:13 ''Mingħajr ma jkun partit konfessjonali, il-PN għandu sisien insara'' - Simon Busuttil
09:55 Raġel imut wara li jaqa' fi spiera fil-Marfa
14:40 Ronnie Pellegrini biex jinħatar Chairman ġdid tal-Freeport?
16:01 Direttiva ġdida: Pazjenti rilaxxati malajr biex ma jidhirx iffullar
iktar aħbarijiet
15:26 Kjarifika minn Sandro Micallef fuq kawża mal-ex President ta' Sliema Wanderers
15:13 ''Mingħajr ma jkun partit konfessjonali, il-PN għandu sisien insara'' - Simon Busuttil
14:40 Ronnie Pellegrini biex jinħatar Chairman ġdid tal-Freeport?
12:46 Iktar ħatriet “Tagħna Lkoll” fil-PBS
12:34 Ebda nomina għal Chairman tal-AD
12:28 Tibqa' d-diffikultà biex jinġieb malta l-katavru ta' ċiklist Malti miċ-Ċina
12:16 Ir-raba' edizzjoni ta' Bubble Charity Festival fil-Buskett
10:49 Il-monti jimxi għad-daħla tal-Belt Valletta?
10:33 Il-fatt li mara kixfet sidirha waqt “lap dancing” mhuwiex skandlu – Il-Maġistrat Ian Farrugia
09:55 Raġel imut wara li jaqa' fi spiera fil-Marfa
Editorjal

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.