Ray ABDILLA
23 t' April, 2012
13:59 CET |
Christian Urry ta' 22 sena minn Bormla u Wayne Delia ta' 25 sena miż-Żejtun baqgħu miżmuma taħt arrest preventive mill-Maġistrat Jacqueline Padovani li nhar il-Ħadd li għadda għal ħabta tas-sagħtejn u nofs ta' filgħodu ħarbu miċ-Ċentru ta' riabilitazzjoni ta' Santa Marija li jinsab f'Ħal Farruġ, Ħal-Luqa.
Delia kien mixli wkoll li kiser il-provedimenti mogħtija lilu mill-Qorti. Urry u Delia kienu mixlijin ukoll li kisru l-kundizzjonijiet mogħtija mill-Maġistrat Edwina Grima, wara li ngħataw il-ħelsien mill-arrest.
Huma kellhom garanzija li jsegwu programm fix-Xelter tal-Caritas u li matul il-perjodu residenzjali ma joħorġux mill-ambjenti kollha ta' San Blas, jekk mhux għal raġinijiet mediċi. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jurgen Vella. Għal Urry deher l-Avukat Henry Antoncic filwaqt li għal Delia deher l-Avukat Joe Brincat.
|