Ray ABDILLA
8 ta' Ġunju, 2012
18:24 CET |
Raġel ta’ 38 sena mill-Kongo, kien mixli quddiem il-Maġistrat Joseph Apap Bologna li kkawża ferita ħafifa fuq it-tfajla tiegħu meta ħebb għaliha b’sikkina.
Edmond Malu Malu Monika, li huwa refuġjat residenti Birkirkara, wieġeb mhux ħati li pprova jweġġa serjament lit-tfajla tiegħu, li hija Niġerjana u li minnha għandu tifla ta’ sentejn.
Huwa wieġeb li mhux ħati tal-akkużi kollha miġjubin kontrih fosthom li kellu fil-pussess tiegħu sikkina, li kkaġunalaha biha, li żammha kontra l-volontà tagħha u li ma kienx f’pożizzjoni li jikkontrolla lilu nnifsu għax kien fis-sakra.
Huwa ngħata l-liberta’ proviżorja fuq garanzija personali ta’ €5,000. Apparti minn hekk, huwa ngħata ordni mill-Maġistrat Apap Bologna biex ma javviċinax lit-tfajla tiegħu.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josric Mifsud, filwaqt li Mark Fenech Vella deher għall-akkużat.
|