22 ta' Mejju, 2012
19:52 CET |
It-Terremot li seħħ fl-Italja il-Ħadd 20 ta' Mejju ħalla diżastru warajh fl-Emilia Romagna, f'Bologna, u fil-Veneto. Daqqa ta' ħarta psikoloġika għan-nies ta' dan ir-reġjun - kif fissret ma' Media.Link Communications, Anna Muscat Busi - Maltija li għandha 60 sena u li ilha tgħix f'Bologna għal 42 sena.
It-terremot seħħ għall-ħabta tal-erbgħa tal-Ħadd filgħodu għalkemm l-ewwel theżżiża inħasset tlett siegħat qabel, fis-1am.
Tnejn mill-vittmi li mietu kienu ħaddiema ta' fabbrika taċ-ċeramika. Is-saqaf ta' din il-fabbrika krolla minħabba l-istess terremot. Vittma oħra kienet anzjana ta' 103 snin.
Anna Muscat Busi spjegat kif bħalissa hi u l-familja tagħha ma jistgħux jgħixu fid-dar tagħhom għaliex m'hix sigura u kawża t'hekk spiċċaw jorqdu fil-karozzi tagħhom.
Anna kompliet tispjega kif tixtieq li hi flimkien mal-familja tagħha jerġgħu jirritornaw lura fid-dar tagħhom u jħallu warajhom din it-trauma li għaddew minnha ftit tal-jiem ilu.
|