MaltaRightNow.com sezzjoni: internazzjonali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Internazzjonali
IS-SIRJA

Ma teskludix li tuża l-armi kimiċi


23 ta' Lulju, 2012  20:15 CET

Kelliem għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Sirjan ilbieraħ qal li s-Sirja kienet se tuża l-armi kimiċi li għandha jekk ikun hemm attakk barrani kontriha iżda ma kellhiex l-intenzjoni li tużahom kontra l-popolazzjoni ċivili.

Jihad Makdissi insista li r-reġim Sirjan qatt ma kien se juża dawn l-armi kontra l-poplu tiegħu stess u li dawn l-armi, aktarx l-akbar ħażna tagħhom fid-dinja, kienu mgħassa mill-Armata Sirjana.

Il-{add, il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu qal li l-akbar theddida għall-Iżrael hu li r-reġim Sirjan jikkrolla u l-ħażna ta' armi kimiċi u missili jispiċċaw f'idejn il-grupp militanti Libaniż, il-Hezbollah.

Fi tmiem il-ġimgħa, Ehud Barak, il-Ministru tad-Difiża Iżraeljan, qal li l-Iżrael kien se jikkunsidra azzjoni militari biex ikun assigurat li l-armi kimiċi u l-missili Sirjani ma jispiċċawx f'idejn il-Hezbollah.

Hawn Netanyahu tenna wkoll li l-Hezbollah u l-Iran kienu wara l-attakk terroristiku tal-ġimgħa li għaddiet  fil-Bulgarija.

Waqt intervista mal-istazzjon televiżiv Amerikan “Fox News”, Netanyahu qal li r-reġim tal-President Bashar al-Assad kien se jikkrolla.
Hu qal li l-Iżrael kien qed jikkunsidra x'azzjoni jieħu jekk jikkrolla r-reġim u jintmissu l-armi kimiċi.

Apparti t-tħassib tal-Iżrael, is-Senatur Amerikan John McCain qal li hemm periklu li r-reġim Sirjan juża l-armi kimiċi kontra r-ribelli.
Jay Carney, kelliem għall-President Amerikan, qal li s'issa jidher li l-armi kimiċi kienu għadhom il-kontroll tar-reġim Sirjan iżda kien hemm għassa fuqhom u l-Istati Uniti kienet qed tikkonsulta mal-pajjiżi ġirien tas-Srija dwar is-sitwazzjoni.

Bookmark Print page Email page
Ma teskludix li tuża l-armi kimiċi
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
L-anzjani jistgħu ’l quddiem ipattu ‘għan-nuqqas ta’ ħaddiema’
Tfittxija għan-nieqsa wara l-qilla tat-tornadoes
Splużjonijiet u dmija f’Baquba
‘Suspettat ewlieni’ fl-attakki ta’ Reyhanli
Iweġġa’ l-kantant George Michael
Punti ewlenin
10:33 Il-funeral ta' Elias Afif Chmouni se jsir għada l-Ħadd fil-Libanu
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
11:24 Tnejn iweġġgħu f'ħabta bejn SUV u bendy bus
iktar aħbarijiet
14:42 Proċess ta' konsultazzjoni biex titfassal Strateġija Nazzjonali dwar il-'Litteriżmu għal Kulħadd'
13:47 'Belt Żgħira, Ambizzjoni Kbira'
13:10 Ftit siegħat oħra Gianluca jirrappreżenta lil Malta fil-Finali
12:19 Il-belt kulturali tal-Ewropa 2018 - ċertifikat ta’ ġieħ għall-ħidma tal-PN
11:43 Illum l-elezzjonijiet kmieni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista
11:24 Tnejn iweġġgħu f'ħabta bejn SUV u bendy bus
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
10:33 Il-funeral ta' Elias Afif Chmouni se jsir għada l-Ħadd fil-Libanu
21:34 L-anzjani jistgħu ’l quddiem ipattu ‘għan-nuqqas ta’ ħaddiema’
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.