12 t' Awwissu, 2012
13:41 CET |
Il-Lega Għarbija sejħet għal laqgħa ta' emerġenza sabiex b'mod immedjat tiġi diskussa s-sitwazzjoni prekarja fis-Sirja.
Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin li ġejjin mill-pajjiżi Għarab se jiltaqgħu fl-Arabja Sawdita, fejn fost l-oħrajn mistenni jintgħażel il-persuna li se jieħu post Kofi Annan wara li dan irtira mill-kariga tiegħu ta' mibgħut speċjali. Sadatant, matul il-lejl issokta l-ġlied kemm fil-kapitali Damasku kif ukoll fil-belt ta' Aleppo.
|