MaltaRightNow.com sezzjoni: Ekonomija
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Ekonomija

L-iżbilanc tal-Gvern Malti jinżel taħt it-3% kif rikjest mill-UE

- Malta u ħames pajjiżi oħra biss fiż-żona ewro laħqu dan l-istandard

maltarightnow.com
23 t' April, 2012  19:07 CET

Il-Gvern Malti hu fost l-uniċi sitt gvernijiet fiż-żona ewro li għandhom żbilanċ ta' anqas minn 3% fil-finanzi pubbliċi, kif rikjest mir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li fiż-żona ewro hemm ħdax-il pajjiż minn sbatax, li m'għandhomx l-iżbilanċ skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea.

Ċifri tal-uffiċju Ewropew tal-istatistika, l-Eurostat, jikkonfermaw, li għal sena oħra, l-iżbilanċ fil-finanzi tal-Gvern f'Malta kompla jonqos fl-2011, saħansitra f'livell anqas minn dak li ppreveda l-Gvern meta preżenta l-baġit f'Novembru li għadda. L-iżbilanċ tal-Gvern Malti fl-2011 kien ta' 2.7%, €173,857 miljun, li jfisser tnaqqis ta' 1% fuq l-2010, Dan ifisser li l-iżbilanċ tal-Gvern Malti hu anqas mill-medja fl-Unjoni Ewropea li hi ta' 4.5% u anke minn dik taż-żona ewro li hi ta' 4.1%. Fil-fatt, mill-bidu tal-leġiżlatura, jiġifieri mill-2008 sal-2011, il-Gvern kważi naqqas l-iżbilanċ bin-nofs, minn 4.6% għal 2.7%, biex b'hekk, minkejja l-kriżi finanzjarja  li kissret ekonomiji ta' pajjiżi viċin tagħna, l-Gvern żamm il-wegħda tiegħu li jieħu l-passi biex inaqqas l-iżbilanċ finanzjarju ta' pajjiżna. L-uniċi pajjiżi li għandhom livell ta' żbilanċ anqas minn ta' Malta huma l-Fillandja, l-Lussemburgu, l-Ġermanja, l-Estonja u l-Awstrija.

F'konferenza tal-aħbarijiet li ssejħet ftit wara li l-Eurostat ippublika ċifri li juru li Malta qed tkompli tnaqqas l-iżbilanċ skont il-miri li fasslet, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment Tonio Fenech spjega kif dan ir-riżultat, filwaqt li jxejjen l-impressjoni li tiprova tagħti l-Oppożizzjoni, ikompli jibgħat sinjali ta' fiduċja fl-ekonomija Maltija, b'mod speċjali għal min irid jinvesti. Tonio Fenech qal li biex wasal għal dan ir-riżultat pożittiv, il-Gvern Malti kien kostrett li jieħu deċiżjonijiet mhux faċli bħall-privatizzazzjoni tat-tarzna kif ukoll ir-riforma fis-settur tal-enerġija. 

L-istatistika tal-Eurostat tagħti dettalji wkoll dwar id-dejn nazzjonali tal-Gvernijiet Ewropej, b'dak ta' Malta jinsab fil-livell ta' 72% ta' dak li jipproduċi l-pajjiż, filwaqt li l-medja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea hi ta' 82.5% u dik taż-żona ewro hi ta' 87.2%. Dan ifisser li d-dejn tal-Gvern Malti fl-2011 kien dak ta' €4,600,286 miljun.

Il-Ministru Tonio Fenech spjega li ż-żieda fid-dejn tal-Gvern Malti, dik ta' 2.6% fuq l-2010, tirrifletti s-self li pajjiżna kien kostrett li jagħmel lill-Greċja kif ukoll il-garanziji li ta pajjiżna mill-mekkaniżmu tal-Unjoni Ewropea, l-EFSF.

Il-Gvern, iżda, se jkompli jaħdem u jieħu l-passi neċessarji biex l-iżbilanċ tal-Gvern ikun wieħed bilanċjat, u għalhekk, id-dejn jibda jonqos. Skont l-estimi tal-Gvern, l-iżbilanċ tal-Gvern din is-sena għandu jinżel fil-livell ta' 2.2%.

Bookmark Print page Email page
L-iżbilanc tal-Gvern Malti jinżel taħt it-3% kif rikjest mill-UE
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Jogħla bi 3% l-indiċi tal-prezzijiet f'April
L-Unjoni Ewropea tbassar żieda fid-deficit
Il-BĊE inaqqas ir-rati tal-imgħax f'livell rekord baxx
L-APS Bank Group irreġistra profit ta' €9.9 miljun qabel it-taxxa
Il-Bank APS jagħmel profitt rekord ta' €9.9 miljun
Punti ewlenin
18:29 Persuni li mietu jew diġa' ġew operati fil-listi ta' stennija tal-isptar
21:01 Proċess ta' għaqda u tiġdid fil-Partit Nazzjonalista – Mario de Marco
21:02 Ma niġix bi dritt li nsir Viċi-Kap imma għax nista nkun ta' servizz - Beppe Fenech Adami
19:56 Darlene Zerafa eskluża milli tapplika biex tmexxi d-dar Kenn għal Saħħtek
iktar aħbarijiet
21:02 Ma niġix bi dritt li nsir Viċi-Kap imma għax nista nkun ta' servizz - Beppe Fenech Adami
21:01 Proċess ta' għaqda u tiġdid fil-Partit Nazzjonalista – Mario de Marco
20:24 Taħditiet biex jiċċaqlaq il-monti tal-Belt
20:11 L-Oppożizzjoni urtata bin-nuqqas ta' preżenza tal-Prim Ministru
19:56 Darlene Zerafa eskluża milli tapplika biex tmexxi d-dar Kenn għal Saħħtek
19:36 Bram aktarx il-kawża ta‘ traġedja f’familja
19:33 Il-Hezbollah involuti dejjem aktar fil-kunflitt Sirjan
19:28 Għajnuna mix-xemx kontra l-ażma
19:26 Tispara missila oħra
19:24 Rod Stewart lura fil-klassifika wara 34 sena
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.