MaltaRightNow.com sezzjoni: Mill-Qorti
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Qorti

L-Għawdxi li attakka raġel bil-mus fil-Qorti t'Għawdex jgħid li mhux ħati ta' attentat ta' qtil

Installat metal detector fil-Qorti t'Għawdex

Neil CAMILLERI
8 ta' Ġunju, 2012  18:38 CET

Pascqualino Cefai, ta' 32 sena miż-Żebbuġ Għawdex, il-bieraħ inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati tal-akkuża ta' attentat ta' qtil fil-konfront ta' Joseph Portelli, ta 54 sena wkoll miż-Żebbuġ.

Il-każ seħħ nhar l-Erbgħa li għadda meta Cefai ta madwar għoxrin daqqa ta' mus lil Portelli fl-awla fil-Qorti t'Għawdex. Il-vittma għadu jinsab fil-periklu tal-mewt.
 
Il-każ seħħ quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli hekk kif l-irġiel kienu nvoluti f'kawża ċivili fil-Qorti.
 
Skont rapporti, il-Maġistrat Demicoli ordnat lil Cefai biex joħroġ mill-awla minħabba xi rimarki offensivi li għadda iżda ftit tal-ħin wara reġa' daħal fil-Qorti u attakka lil Portelli. Allegatament hu beda jtiħ bis-sieq u bil-ponn u mbagħad bil-mus, anke wara li l-vittma ntilef minn sensieh.

Fil-ġlieda weġġa' wkoll l-Avukat Kevin Mompalao, ta'  37 sena, li ntlaqat bil-mus f'idejh waqt li pprova jferraq liż-żewġ irġiel, u lil Marixxall tal-Qorti, li sofra ġrieħi ħfief.
 
Cefai, li ddaħħal il-Qorti taħt skorta qawwija ta' Pulizija, wieġeb mhux ħati wkoll għall-akkuza li darab serjament lil Joseph Portelli, li pprova jikkaġuna feriti gravi u li darab b'mod ħafif lill-Avukat Mompalao, li għamel ħsara fil-Qorti, li wettaq dan ir-reat sakemm qiegħed fuq liberta` proviżorja u li sar riċediv.
 
Intant, il-bieraħ ġie nstallat metal detector fil-bini tal-Qorti t'Ghawdex. Dan anke wara ilmenti mill-avukati Għawdxin li ma kienx hemm biżżejjed miżuri tas-sigurta` fil-Qorti.

Bookmark Print page Email page
L-Għawdxi li attakka raġel bil-mus fil-Qorti t'Għawdex jgħid li mhux ħati ta' attentat ta' qtil
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Xufier ta’ trakk immultat €1,300 wara li saq b’mod perikoluż
Illiberat fuq serq ta' deheb lin-nanna tal-mara
Mhux ħati li aktar minn 13-il sena ilu seraq flus u deheb minn lukanda
Ikompli l-libell tal-Imħallef Lino Farrugia Sacco
Revokata multa għal Kurt Farrugia
Punti ewlenin
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
10:53 Joseph Muscat jiddefendi l-aġir tal-President fuq il-kwistjoni ta' Darleen Zerafa
iktar aħbarijiet
19:46 Neputiżmu mis-Sindku ta' Ħal Luqa
19:38 $408,000 għall-kitarra ta’ Lennon u ta’ Harrison
19:36 Għaliex m’għandekx tipposponi għal għada dak li jista’ jsir illum....
19:34 Arja ta’ pessimiżmu dwar il-futur wara r-rewwixta
18:41 Imnedija l-kampanja “Dog Training Made Easy”
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
16:07 Irkottafest f'Ħal Kirkop
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
14:32 Iċċelebrat il-Jum Marittimu Ewropew
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.