9 ta' Mejju, 2012
09:45 CET |
Air Malta fi stqarrija ħabbret li se tmexxi l-Head Office tagħha għaċ-Ċentru tan-negozju SkyParks fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta sa l-aħħar tas-Sajf. Din it-tran'>izzjoni tagħmel parti mill-proċess ta' bidla radikali fil-kultura tal-kumpanija mmirata lejn ħolqien ta' ambjent ġdid li fih l-impjegati jistgħu jaħdmu b'mod aħjar u aktar effiċjenti mal-kollegi tagħhom, u fl-istess ħin jizviluppaw aħjar il-kapaċitajiet u l-ħiliet tagħhom.
Peter Davis, il-Kap E'>ekuttiv tal-Air Malta qal li r-ristrutturar fl-Air Malta mhux biss qed jiġi indirizzat biex jirritorna l-linja tal-ajru lura lejn il-profitabbilta'iżda daqstant importanti hu li tinbidel il-kultura organizzattiva tal-kumpanija. It-trasformazzjoni tal-kultura hija parti vitali fi proċess ta' ristrutturar organizzattiv. It-transizjoni lejn SkyParks se tiffaċilita din il-bidla u tassisti l-linja tal-ajru fil-rebranding u l-proċess ta' ripożizzjonament tagħha.
L-uffiċċji attwali tal-Air Malta kienu mibnija mill-Royal Air Force bħala kmamar fejn kienu jgħixu l-uffiċjali u kien użat bħala uffiċċini ewlenin tal-linja tal-ajru għal aktar minn 33 sena. Dan il-bini antik m'għadux aktar adegwat għall-bżonnijiet tal-uffiċċini tal-linja tal-ajru.
Iċ-ċentru tan-negozju ta' SkyParks se joffri lil impjegati tal-Air Malta post tax-xogħol fuq pjan miftuħ fejn jistgħu jaħdmu f'ambjent korporattiv ġdid, itejbu l-produttività, jaħdmu f'team u b'hekk titjieb il-komunikazzjoni fl-organizzazzjoni.
L-Air Malta se tokkupa sular u nofs ta' dan il-bini għall-ħames snin li ġejjin. Il-linja tal-ajru diġa' identifikat sit fejn tibni uffiċċju prinċipali tagħha ġdid fis-snin li ġejjin li se jospita' l-impjegati kollha tagħha taħt saqaf wieħed.
|