MaltaRightNow.com sezzjoni: Divertiment
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Divertiment

Kurt Calleja llejla fis-semifinali tal-Eurovison Song Contest f'Baku


24 ta' Mejju, 2012  16:05 CET

Il-Ħamis fil-għaxija l-kantant Malti Kurt Calleja flimkien mal-band tiegħu se jkun qed ikanta l-kanzunetta This is the Night fis-57 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li qed isir f'Baku l-Azerbaijan.

Kurt Calleja se jkun qed jikkompeti ma' 17-il kanzunetta oħra li minnhom iridu jintgħażlu għaxra sabiex jingħaqdu mal-kumplament tal-kanzunetti l-oħra li diġa' għaddew għall-finali. Dawn huma siltiet mir-rehearsal li kellu Kurt Calleja fuq il-palk tal-Eurovision f'Baku l-Azerbaijan fl-aħħar sigħat bi thejjija għas-semi-finali tal-Ħamis filgħaxija meta għajnejn il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu fuqu, bit-tama li jdaħħal lil Malta fil-finali ta' dan il-festival.

Wara li nhar it-Tlieta fil-Baku Cyrstal Hall saret l-ewwel semifinali tas-57 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest, Malta se tieħu sehem fit-tieni semifinali, bis-silta This is the Night interpretata mill-Ambaxxatur tal-kanzunetta Maltija għal din is-sena Kurt Calleja flimkien mal-band tiegħu.

F'din it-tieni semi finali Kurt Calleja kellu jkanta fir-raba' post minn fost it-18-il kanzunetta fil-kompetizzjoni.

Għaxra minn dawn it-18-il kanzunetta jridu jgħaddu għall-finali tas-Sibt li ġej 26 ta' Mejju meta jingħaqdu mal-għaxar kanzunetti li diġa' għaddew mill-ewwel semifinali ta' jumejn ilu.

Dawk li għaddew s'issa huma l-Greċja, Ċipru, ir-Rumanija, il-Moldova, l-Iżlanda, l-Ungerija, id-Danimarka, l-Albanija, l-Irlanda u r-Russja, li bil-babushki, jew nanniet, kellha waħda mill-iktar kanzunetti li spikkaw. 

B'kollox din is-sena pparteċipaw 36 pajjiż, bl-Azerbaijan bħala l-pajjiż organizzatur, flimkien mal-ħames pajjiżi l-kbar - Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja u r-Renju Unit ikollhom post garantit fil-finali.

L-għażla finali tkun maqsuma – 50% bil-voti tal-ġurija esperta, u l-50% l-oħra mit-televoting.

Bookmark Print page Email page
Kurt Calleja llejla fis-semifinali tal-Eurovison Song Contest f'Baku
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Il-karnival se jkun iċċlebrat bejn it-8 u t-12 ta' Frar
'Sossy u t-Teżor Mitluf' - Pantomima tal-Milied mill-istudenti tal-Kulleġġ San Injazju
Siġra tal-Milied magħmula minn 1,400 flixkun tal-plastik
Inbid mill-bdiewa Maltin
Tnaqqis fil-persuni li jmorru ċ-ċinema
Punti ewlenin
18:29 Persuni li mietu jew diġa' ġew operati fil-listi ta' stennija tal-isptar
21:01 Proċess ta' għaqda u tiġdid fil-Partit Nazzjonalista – Mario de Marco
21:02 Ma niġix bi dritt li nsir Viċi-Kap imma għax nista nkun ta' servizz - Beppe Fenech Adami
19:56 Darlene Zerafa eskluża milli tapplika biex tmexxi d-dar Kenn għal Saħħtek
iktar aħbarijiet
21:02 Ma niġix bi dritt li nsir Viċi-Kap imma għax nista nkun ta' servizz - Beppe Fenech Adami
21:01 Proċess ta' għaqda u tiġdid fil-Partit Nazzjonalista – Mario de Marco
20:24 Taħditiet biex jiċċaqlaq il-monti tal-Belt
20:11 L-Oppożizzjoni urtata bin-nuqqas ta' preżenza tal-Prim Ministru
19:56 Darlene Zerafa eskluża milli tapplika biex tmexxi d-dar Kenn għal Saħħtek
19:36 Bram aktarx il-kawża ta‘ traġedja f’familja
19:33 Il-Hezbollah involuti dejjem aktar fil-kunflitt Sirjan
19:28 Għajnuna mix-xemx kontra l-ażma
19:26 Tispara missila oħra
19:24 Rod Stewart lura fil-klassifika wara 34 sena
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.