MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Kundannat l-attakk ta’ Deputat Laburista kontra l-KSU

Amy Borg
3 ta' Lulju, 2012  18:38 CET

L-għaqda studenteska SDM fi stqarrija tinnota li b’diżappunt l-attakk tad-Deputat Laburista Owen Bonniċi u l-għaqda Laburista Pulse fuq ir-rappreżentanti tal-istudenti tal-Università ta’ Malta. 
   
Fi stqarrija Owen Bonnici f’isem il-Partit Laburista qal li filwaqt li jinnota x-xogħol dettaljat u siewi li sar mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali fl-investigazjonijiet li saret fuq il-mod kif kienu qed jinkrew kummerċjalment partijiet f’Dar l-Istudent fl-Università mill-KSU mingħajr ebda trasparenza u b’mod mill-aktar arbitrarju, l-MLP jappella lill-Università biex b’mod immedjat tniedi riforma sħiħa fuq il-linji gwida sabiex tidaħħal serjetà u trasparenza.

L-SDM qalet fir-reazzjoni tagħha li hi ħasra li deputat inkarigat miż-żgħażagħ minflok jifhem x’inhuma il-prijoritajiet għall-istudenti Universitarji, jattakka lill-għaqdiet kollha tal-Università li jagħmlu użu mill-art offruta lilhom bla ħlas mill-KSU, kif ukoll il-ftehim li permezz tiegħu il-KSU jikri propjetà lill-għaqdiet kummerċjali li joffru servizzi lill-istudenti kollha tal-Università, għal gwadann politiku. 

Minkejja dan, l-SDM hu sodisfatt li r-rapport tal-awditur ikkonferma li l-KSU kien  qed jieħu passi biex jirretifika l-pożizzjoni tiegħu, xi ħaġa li l-Pulse għażlet li tinjora. Fl-istqarrija l-SDM isemmi wkoll kif hi bħala SDM fil-KSU tul dawn l-aħħar ħames snin ħoloq fond ta’ €25,000 magħruf bħala l-iStudent Opportunity, kif ukoll fond ta’ €10,000 għal riċerka u riżorsi u fond ieħor ta’ €5,000 favur l-għaqdiet studenteski fl-Università, ammont li jlaħħaq €40,000 favur l-istudenti tal-Università, minbarra proġetti kapitali oħrajn bħal 
Green Areas li bbenefikaw minnhom ukoll l-istudenti tal-Junior College.  

L-SDM fakkar li l-KSU  ma jieħu l-ebda fondi mill-Gvern u huwa għaqda mingħajr skop ta’ profit u għalhekk jiddependi fuq dawn il-kirjiet biex ikun jista’ jorganizza attivitajiet għall-benefiċċju tal-istudenti kollha tal-Università.

L-SDM qal li hu sodisfatt li l-KSU dejjem irrappreżenta lill-istudenti bl-aħjar mod possibbli mingħajr l-ebda diskriminazzjoni lejn ħadd u li dejjem kellu l-interessi tal-istudenti għal qalbu. Appella lil Owen Bonnici u l-għaqda Pulse jistinkaw biex jaraw l-istudenti mixjin ‘il quddiem minflok ma jinħlew fuq kritika partiġġjana u ta’ vendikazzjonijiet.

Il-Partit Nazzjonalista wkoll ikkundanna l-attakk tad-Deputat Laburista u qal li dan hu eżempju ieħor ċar tal-politika vendikattiva li jimxi biha l-MLP, mhux l-inqas fil-konfront tal-istudenti, bħal meta neħħielhom l-istipendji u bagħathom jiddejnu u bħal meta x-shadow minister Laburista George Vella nfexx jgħajjar lill-istudenti ħamalli u baxxi.

Bookmark Print page Email page
Kundannat l-attakk ta’ Deputat Laburista kontra l-KSU
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Irridu naħdmu fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħna
Laqgħat kontinwi biex il-poplu jiftaħ qalbu
Id-deċiżjoni għaż-żieda ta' sulari fil-lukandi ġiet approvata mill-Gvern preċedenti
Din l-Art Ħelwa topponi li l-monti jmur ħdejn Bieb il-Belt
Il-Gvern jippjana Charter għad-Drittijiet tal-Ħaddiema u emendi għal-Liġi il-Kooperattivi
Punti ewlenin
09:58 Ikkonfermati 23 każ ta' Slapped Cheek Syndrome
20:21 Irridu naħdmu fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħna
11:24 Jingħalaq wieħed mit-teatri tal-operazzjonijiet f'Mater Dei
11:07 Ħabsin Maltin Eżiljati l-Awstralja
iktar aħbarijiet
20:21 Irridu naħdmu fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħna
20:19 Laqgħat kontinwi biex il-poplu jiftaħ qalbu
19:52 Jgħajjar lill-Mexxejja bħala 'inkompetenti'
19:47 Id-deċiżjoni għaż-żieda ta' sulari fil-lukandi ġiet approvata mill-Gvern preċedenti
19:36 Jipprova jixpruna n-negozjati għall-paċi
19:06 'Ma nċedu qatt quddiem it-terroriżmu' – Cameron
18:08 Din l-Art Ħelwa topponi li l-monti jmur ħdejn Bieb il-Belt
17:43 Il-Gvern jippjana Charter għad-Drittijiet tal-Ħaddiema u emendi għal-Liġi il-Kooperattivi
17:36 79 rekluti ġodda fil-Forzi Armati ta' Malta
17:31 Il-lukandi se jkunu jistgħu jtellgħu żewġ sulair oħra
Editorjal

Soċjetà li tkun taf tikkoreġi l-ħażin

Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.