MaltaRightNow.com sezzjoni: Ewropa
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Ewropa

Kumitat fil-Parlament Ewropew jaddotta rapport ta' Simon Busuttil


25 t' April, 2012  16:27 CET

Il-ħidma ta' Simon Busuttil, bi tfassil ta' rapport dwar id-diffikultajiet tal-klijenti u l-intrapriżi Ewropej, sabet l-appoġġ unanimu tal-membri kollha tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet fi ħdan il-Parlament Ewropew. Dan hekk kif l-ewroparlamentari Malti nħatar bħala r-rapporteur uffiċjali ta' dan il-kumitat, kariga li ġabet magħha r-responsabbilta' li jfassal dan l-istess rapport.

Fir-rapport tiegħu, Busuttil isemmi għoxrin diffikulta', fosthom problemi fil-proċeduri tas-sigurta' soċjali, fis-servizzi tas-saħħa meta wieħed ikun barra minn pajjiżu u fil-proċess biex il-kwalifikazzjonijiet ta' ċittadin Ewropew jiġu aċċettati f'pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropea. Fi stqarrija, Busuttil qal li bosta drabi l-Parlament Ewropew jenfasizza l-bżonn li jisma' l-ilmenti tal-klijenti, xi ħaġa li minħabba l-burokrazija, mhux dejjem isseħħ. L-irwol tal-ewroparlamentari huwa li jisimgħu lil dawn il-persuni iżda waħedhom mhux dejjem jirnexxilhom isibu s-soluzzjoni meħtieġa. Huwa għalhekk, kompla Busuttil, li dan ir-rapport għandu rwol importanti.

Fir-rapport tiegħu, Simon Busuttil laqa' b'sodisfazzjon il-ħidma li qed issir minn netwerks Ewropej bħal SOLVIT, is-servizz EuropeDirect u s-sit informattiv YourEurope, li qed ikollhom rwol importanti fil-ħidma biex jissolvew il-problemi tal-Ewropej. Biss, Busuttil saħaq ukoll fuq l-importanza li l-Parlament Ewropew jibqa' jaħdem biex itejjeb il-qagħda preżenti. Hu qal li, meta qed ifittxu servizz mill-Unjoni Ewropea, bosta ċittadini jitħawwdu jew jafu saħansitra jaqtgħu qalbhom għal kollox. Dan iwassal biex jitilfu l-fiduċja tagħhom fix-xogħol tal-Unjoni Ewropea, kompla Simon Busuttil.

Huwa għalhekk li qed jisħaq fuq il-bżonn li jkun hemm kuntatt personali ma' dawn il-persuni fil-pajjiżi rispettivi tagħhom, possibilment b'rappreżentanti apposta fl-Uffiċji tal-Kummissjoni Ewropea fil-pajjiżi membri.

Bookmark Print page Email page
Kumitat fil-Parlament Ewropew jaddotta rapport ta' Simon Busuttil
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Awguri lil Simon Busuttil mill-ogħla uffiċjali tal-PPE
Roberta Metsola tiffirma dikjarazzjoni tal-PE kontra kontenut online t'abbuż tat-tfal
Ir-Renju Unit se jibqa' fl-Unjoni Ewropea?
Jiżdiedu l-problemi għal Franza
IL-kisbiet edukattivi tal-istudenti għandhom jiġu rikonoxxuti mill-pajjiżi kollha tal-UE
Punti ewlenin
10:33 Il-funeral ta' Elias Afif Chmouni se jsir għada l-Ħadd fil-Libanu
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
11:24 Tnejn iweġġgħu f'ħabta bejn SUV u bendy bus
iktar aħbarijiet
12:19 Il-belt kulturali tal-Ewropa 2018 - ċertifikat ta’ ġieħ għall-ħidma tal-PN
11:43 Illum l-elezzjonijiet kmieni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista
11:24 Tnejn iweġġgħu f'ħabta bejn SUV u bendy bus
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
10:33 Il-funeral ta' Elias Afif Chmouni se jsir għada l-Ħadd fil-Libanu
21:34 L-anzjani jistgħu ’l quddiem ipattu ‘għan-nuqqas ta’ ħaddiema’
21:32 Tfittxija għan-nieqsa wara l-qilla tat-tornadoes
21:27 Splużjonijiet u dmija f’Baquba
21:22 ‘Suspettat ewlieni’ fl-attakki ta’ Reyhanli
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.