Jerome CARUANA CILIA
3 ta' Lulju, 2012
18:02 CET |
L-istained glass bħala arti, tirrikjedi l-kapaċita` artistika biex toħloq id-disinn, il-kapaċitajiet biex tgħaqqad kollox flimkien.
Il-Malta University Consulting Ltd se torganizza kors fuq l-istained glass, li se jikkonsisti minn 16 il-sessjoni ta' 3 siegħat il-waħda.
Dan il-kors huwa mistenni li jsir f'Awwissu u Settembru, u se ssir fir-Residenza tal-Universita` f'Ħal Lija.
L-għanijiet ta' dan il-kors huwa li l-istudenti jsiru iktar familjari mal-istorja, mad-diversi tipi ta' stained glass u t-teknika differenti tal-istained glass. Il-kors se jinkludi kemm sessjonijiet ta' teorija, li minnhom l-istudenti se japprezzaw aktar il-karatteristiċi varji u t-tipi differenti ta' ħġieġ, fil-waqt li fis-sessjonijiet tal-prattika, l-istudenti se jkollhom l-opportunita` jaqtgħu l-ħġieġ u jipproduċu xi opri tal-arti huma stess.
Il-ko-ordinatur tal-kors u l-lekċerer hu Joseph Meilak, li ilu espert sa mill-1988, u ilu jgħallem fiċ-Ċentru tal-Arti u l-Krafts f'Għawdex sa mill-1998. Hu studja it-teknika tal-istained glass f'diversi pajji'>i barranin, fosthom l-Italja u l-Istati Uniti.
Din is-sena, Joseph Meilak rebaħ il-Kompetizzjoni Nazzjonali għall-Arti u l-Isport, u l-iskultura tiegħu se tikkompeti fil-Kompetizzjoni tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (l-IOC) tal-Arti u l-Isport.
|