MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Konsultazzjoni dwar il-pjan għall-enerġija fl-UE

L-avvanzi fl-enerġija alternattiva se jgħinu sabiex l-Ewropa żżomm l-kompetitivita tagħha f'industriji ġodda u l-impjiegi li jġibu magħhom


3 ta' Lulju, 2012  20:06 CET

Il-Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC) flimkien mal-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi, se jorganizza laqgħa ta' konsultazzjoni dwar il-komunikazzjoni tal-Kummisjoni Ewropea b’rabta mal-Pjan ta' Azjoni dwar l-Enerġija sal-2050. 
  
Dan il-pjan jiffoka fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra madwar l-Unjoni Ewropea, fil-kuntest tal-mira ta' tnaqqis ta' bejn 80% u 95% fl-emissjonijiet tal-UE sal-2050, filwaqt li fl-istess ħin tiżgura s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u l-kompetittività. 

Il-laqgħa se ssir nhar l-Erbgħa 11 ta' Lulju, f'Dar l-Ewropa, fil-Belt, fl-10am. 

Grazzi għal dan il-pjan ta' azzjoni dwar l-enerġija, iċ-ċittadini kollha se jkunu qed jibbenefikaw dejjem jekk id-deċiżjonijiet minn naħa tal-Unjoni Ewropea jittieħdu issa ħalli fil-futur il-pajjiżi ma jkollhomx għalfejn jaffaċċjaw problemi ambjentali u ta' saħħa kawża tal-emissjonijiet ta' gassijiet fl-arja. 

Il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea jridu jagħrfu jinvestu f'enerġija low carbon energy sources, jibnu strutturi li jgħinu l-enerġija tkun iddiversifikata fost investimenti oħra. 

L-avvanzi fl-enerġija alternattiva se jgħinu sabiex l-Ewropa żżomm l-kompetitivita tagħha f'industriji ġodda u l-impjiegi li jġibu magħhom.

Bookmark Print page Email page
Konsultazzjoni dwar il-pjan għall-enerġija fl-UE
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Irridu naħdmu fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħna
Laqgħat kontinwi biex il-poplu jiftaħ qalbu
Id-deċiżjoni għaż-żieda ta' sulari fil-lukandi ġiet approvata mill-Gvern preċedenti
Din l-Art Ħelwa topponi li l-monti jmur ħdejn Bieb il-Belt
Il-Gvern jippjana Charter għad-Drittijiet tal-Ħaddiema u emendi għal-Liġi il-Kooperattivi
Punti ewlenin
15:32 Aktar każi ta' Slapped Cheek Syndrome
20:19 Laqgħat kontinwi biex il-poplu jiftaħ qalbu
20:21 Irridu naħdmu fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħna
12:49 Eddie Fenech Adami stabbli wara intervent mediku
iktar aħbarijiet
20:21 Irridu naħdmu fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħna
20:19 Laqgħat kontinwi biex il-poplu jiftaħ qalbu
19:52 Jgħajjar lill-Mexxejja bħala 'inkompetenti'
19:47 Id-deċiżjoni għaż-żieda ta' sulari fil-lukandi ġiet approvata mill-Gvern preċedenti
19:36 Jipprova jixpruna n-negozjati għall-paċi
19:06 'Ma nċedu qatt quddiem it-terroriżmu' – Cameron
18:08 Din l-Art Ħelwa topponi li l-monti jmur ħdejn Bieb il-Belt
17:43 Il-Gvern jippjana Charter għad-Drittijiet tal-Ħaddiema u emendi għal-Liġi il-Kooperattivi
17:36 79 rekluti ġodda fil-Forzi Armati ta' Malta
17:31 Il-lukandi se jkunu jistgħu jtellgħu żewġ sulair oħra
Editorjal

Soċjetà li tkun taf tikkoreġi l-ħażin

Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.