MaltaRightNow.com sezzjoni: Għawdex
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Għawdex

Konferenza dwar kif Għawdex qed igawdi mis-sħubija ta' Malta fl-UE


8 ta' Ġunju, 2012  11:04 CET

Ir-restawr taċ-Ċittadella, dak tat-tempji tal-Ġgantija, il-proġett f'Wied il-Mielaħ, it-titjib tal-ġonna ta' Villa Rundle, it-titjib tas-Santwarju Ta' Pinu, il-Waterfront taż-Żewwieqa, xogħlijiet fl-isptar u fl-MCAST u l-iżvilupp tal-ewwel mużew ekoloġiku fir-Rabat Għawdex. Dan ix-xogħol kollu sar fl-ahhar ftit snin f'Għawdex grazzi għall-fondi li l-Gvern Malti rnexxielu jgib mill-Unjoni Ewropea.

Ma' dan wieħed irid iżid id-diversi xogħlijiet ta' infrastruttura fit-toroq f'Għawdex, fosthom f'toroq arterjali bħal dawk tax-Xlendi, Ta' Pinu u t-triq prinċipali li mill-Imġarr tieħdok ir-Rabat.

L-Isptar Ġenerali t'Għawdex ukoll qed igawdi minn fondi li l-Gvern Malti ġab għal Għawdex, tant li hemm diversi sezzjonijiet u diversi apparat li qed jiġu modernizzati. 

Fil-fatt, mill-budget attwali tal-Unjoni Ewropea, jigifieri dak għall-perjodu bejn is-sena 2007 u s-sena 2013, Għawdex se jkun gawda minn 10% tal-fondi strutturali allokati għal Malta.  

Fl-ewwel sentejn tas-shubija, Għawdex gawda minn aktar minn 13-il miljun ewro fi progetti ffinanzjati jew kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea. 

Dan kollu jikkonferma kemm bhal Malta, Għawdex qed igawdi mill-fondi li l-Gvern Malti gab mill-Unjoni Ewropea. Il-progress li sar f'Għawdex f'dawn l-ahhar snin grazzi għall-fondi Ewropej se jigi diskuss waqt konferenza nazzjonali li se jorganizza l-MEUSAC f'Għawdex stess fin-nofs ta' nhar ta' filgħodu tat-12 ta' Gunju li gej – bl-isem Għawdex: Gżira – reġjun fl-Unjoni Ewropea.  Konferenza f'għeluq it-tmien snin tas-shubija ta' Malta fl-Ewropa intiza proprju biex turi l-isfidi u l-benefiċċji għal Għawdex bhala gzira regjun fi hdan l-UE.

Fil-fatt, kemm ilu li rega' twaqqaf, il-MEUSAC għen diversi Kunsilli Lokali, NGOs u intraprizi zgħar u medji f'Għawex biex igawdu minn programmi ta' fondi Ewropej. Ezempji konkreti huma l-progett Lwien, implimentat minn Dar Guzeppa Debono, kif ukoll diversi programmi bhall-Youth in Aċtion li gew implimentati mill-Kunsilli Lokali Għawdxin.

Progetti li jkopru diversi oqsma – ix-xogħol, l-edukazzjoni, is-sahha, it-turizmu, l-ambjent.... u li fuq kollox qed iwasslu għal aktar holqien ta' impjiegi u kwalita' tal-hajja ahjar għall-Għawdxin u għal kull min izur lil Għawdex.

Bookmark Print page Email page
Konferenza dwar kif Għawdex qed igawdi mis-sħubija ta' Malta fl-UE
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Tfal mill-parroċċi ta' Għawdex jirċievu l-Griżma tal-Isqof minn idejn ħames Isqfijiet
Jinġabru €5,000 wara mixja u car wash f’Għawdex b’risq Puttinu Cares
Studenti Għawdxin itellgħu 'play' b'risq Puttinu Cares
Konfużjoni dwar iċ-Ċentru tas-Saħħa f’Għawdex
Illejla Lejlet Lapsi Notte Gozitana
Punti ewlenin
10:33 Il-funeral ta' Elias Afif Chmouni se jsir għada l-Ħadd fil-Libanu
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
11:24 Tnejn iweġġgħu f'ħabta bejn SUV u bendy bus
iktar aħbarijiet
15:23 Eżerċizzju fiżiku bl-ispinning bikes f'Tas-Sliema
14:42 Proċess ta' konsultazzjoni biex titfassal Strateġija Nazzjonali dwar il-'Litteriżmu għal Kulħadd'
13:47 'Belt Żgħira, Ambizzjoni Kbira'
13:10 Ftit siegħat oħra Gianluca jirrappreżenta lil Malta fil-Finali
12:19 Il-belt kulturali tal-Ewropa 2018 - ċertifikat ta’ ġieħ għall-ħidma tal-PN
11:43 Illum l-elezzjonijiet kmieni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista
11:24 Tnejn iweġġgħu f'ħabta bejn SUV u bendy bus
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
10:33 Il-funeral ta' Elias Afif Chmouni se jsir għada l-Ħadd fil-Libanu
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.