MaltaRightNow.com sezzjoni: Mill-Qorti
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
il-mument
Download
Life & Style
Download
Qorti

Kien jaf x'qed jagħmel meta qatel lill-anzjana


3 ta' Lulju, 2012  20:16 CET

L-Ispettur Chris Pullicino xehed ilbieraħ fil-Qorti li l-akkużat Silvio Mangion kien jaf x'kien qed jagħmel meta mar biex jisraq lill-anzjana Maria Stella Magrin tant li kellu sikkna biex joqtolha biex b'hekk hi ma tkunx f'pożizzjoni li tagħrfu.

Din ix-xhieda ngħatat waqt ġuri li beda fil-Qorti presdeut mill-Imħallef Lawrence Quintano li jrid jiddeċiedi jekk Silvio Mangion kienx f'sensih meta qatel lil Maria Stella Magrin.

Il-każ imur lura għall-1986 meta kien allegat li Mangion daħal fir-residenza ta' Magrin, serqilha flus u qatilha. Magrin kellha 68 sena u nqatlet bi 13-il daqqa ta' sikkina.

L-Avukat Prosekutur Nadine Sant qalet li kien fl-2005 li  l-akkużat tkellem dwar dan il-każ ma' Steven Spiteri u l-każ kien rappurtat lill-pulizija. Tliet esperti psikjatriċi kkonkludew li  Mangion kien f'kundizzjoni medika li jgħaddi ġuri. 

Fl-2010, Mangion ingħata sentenza ta' għomru l-ħabs wara li nstab ħatti li qatel lil Rosina Zammit ta' 54 sena f'Ħal Safi fl-1984. Hi nqatlet b'37 daqqa ta' sikkina. Mangion kien instab ħati wkoll li fl-2002 qatel lil Francis Caruana u wettaq attentat ta' qtil fuq oħtu Ġużeppa f'serqa oħra fl-1998. L-Imħallef Galea Debono kien iddeskriva lil Mangion bħala serial killer.

L-Ispettur Pullicino qal li l-akkużat kien ammetta mal-pulizija l-involviment fil-qtil ta' Magrin u ta dettalji dwar kif dan seħħ waqt li anki semma lil Oswald Spiteri  bħala kompliċi.  Persuna oħra  involuta fil-qtil kien Leli Spiteri li miet fl-2000. L-Ispettur Pullicino qara mill-istqarrija li għamel Mangion li fiha ammetta li huma riedu joqtlu lill-anzjana biex ma tagħrafhomx.

Il-psikjatri Ethel Felice, George Debono u Peter Muscat xehdu li huma eżaminaw lil Mangion fis-7 ta' Ġunju u kkonkludew li hu jista' jitressaq ġuri għax jista' jsegwi l-proċeduri kontrih.

L-Avukat Simon Micallef Stafrace qed jiddefendi lill-akkużat.

Bookmark Print page Email page
Kien jaf x'qed jagħmel meta qatel lill-anzjana
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Xufier ta’ trakk immultat €1,300 wara li saq b’mod perikoluż
Illiberat fuq serq ta' deheb lin-nanna tal-mara
Mhux ħati li aktar minn 13-il sena ilu seraq flus u deheb minn lukanda
Ikompli l-libell tal-Imħallef Lino Farrugia Sacco
Revokata multa għal Kurt Farrugia
Punti ewlenin
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
10:53 Joseph Muscat jiddefendi l-aġir tal-President fuq il-kwistjoni ta' Darleen Zerafa
iktar aħbarijiet
18:41 Imnedija l-kampanja “Dog Training Made Easy”
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
16:07 Irkottafest f'Ħal Kirkop
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
14:32 Iċċelebrat il-Jum Marittimu Ewropew
14:14 Festa Fjuri fl-Iklin
13:43 Nirien kbar jaħkmu appartament f'Burmarrad
13:37 Ħadd ma weġġa' f'inċident tat-traffiku fin-Naxxar
12:14 Fun Walk b'risq id-Dar tal-Providenza mill-iskola Primarja tas-Siġġiewi
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.