MaltaRightNow.com sezzjoni: internazzjonali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Internazzjonali
SPANJA

Jiċħad għal bailout 'totali'


23 ta' Lulju, 2012  20:17 CET

Il-Ministru Spanjol għall-Ekonomija Luis de Guindos qal li Spanja m'għandhiex bżonn pakkett ta' għajnuna (fiskali) totali u simili għal li kellhom jaċċettaw il-Greċja, l-Irlanda u l-Portugall.

Intant, Spanja diġà innegozjat pakkett ekwivalenti għal mitt biljun ewro flimkien mas-sieħba taz-Zona Ewro u l-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u bl-iskop li ssostni l-banek tagħha li ffaċċjaw il-problemi sostanzjali.

Iżda waqt li l-Gvern ta' Madrid jinsisti li qed jindirizza l-impenji kruċjali, il-problemi għall-finanzjament tar-reġjuni Spanjoli jagħtu lok għal tħassib u bl-analisti jwissu li l-pajjiż se jeħtieġ bailout sovran 'fit-totalità tiegħu'. Madankollu, De Guindos qal li r-reazzjoni tas-swieq hi waħda 'irrazzjonali' u li l-inċertezzi ma jaffettwawx biss lil Spanja – 'b'din is-sitwazzjoni  qed tinvolvi l-futur taz-zona ewro.'L-istess Ministru deher quddiem il-Parlament biex jispjega d-dettalji tal-Ftehim tal-Eurogroup għall-programm tar-rikapitalizzazzjoni tal-banek Spanjoli u fejn tenna li l-Gvern tal-Prim Ministru Mariano Rajoy għamel minn kollox biex jaċċerta li Spanja terġa' taqbad it-triq għall-iżvilupp.

Filwaqt li De Guindos insista li Spanja m'għandhiex tidħol għal bailout sħiħ, żewġ reġjuni Spanjoli – Valencia u Murcia –  diġà talbu l-għajnuna finanzjarja mingħand il-Gvern ċentrali u wara li s-sbatax-il reġjuni awtonomi tal-pajjiż (mifnija kif inhuma bid-dejn) ma jistgħux jirrikorru għas-self mingħand is-swieq internazzjonali.

Ir-reġjuni Spanjoli din is-sena jeħtieġu jerġgħu jiffinanzjaw mas-36 biljun ewro ta' dejn u t-tragward ilu jqajjem tħassib partikulari għall-investituri mindu r-reġjuni, fl-2011, ma laħqux il-miri tal-iżbilanċ.

L-istampa Spanjola temmen li tal-anqas sitt reġjuni għandhom jitolbu l-għajnuna u jikkumplikaw l-isforzi ta' Madrid biex jevitaw bailout sħiħ u fost effetti negattivi għas-swieq fejn qed jinkwetaw dwar 'l-eventwalità’. Dan meta l-imgħaxijiet fuq l-investimenti fil-bonds (validi għal għaxar snin) fuq is-self ta' Spanja issa laħqu għoli ta' 7.59 fil-mija u li hu l-ogħla livell fiż-żmien kollu li ilha teżisti z-Zona Ewro.

Bookmark Print page Email page
Jiċħad għal bailout 'totali'
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
L-anzjani jistgħu ’l quddiem ipattu ‘għan-nuqqas ta’ ħaddiema’
Tfittxija għan-nieqsa wara l-qilla tat-tornadoes
Splużjonijiet u dmija f’Baquba
‘Suspettat ewlieni’ fl-attakki ta’ Reyhanli
Iweġġa’ l-kantant George Michael
Punti ewlenin
10:33 Il-funeral ta' Elias Afif Chmouni se jsir għada l-Ħadd fil-Libanu
20:34 Partit mill-ġdid rebbieħ miftuħ għal kulħadd - Beppe Fenech Adami
20:37 Il-PN għandu jinvolvi aktar lin-nies - Claudette Buttigieg
20:51 “Proċess ta' għażla li għandu jkun proċess ta' għaqda” - Mario de Marco
iktar aħbarijiet
10:33 Il-funeral ta' Elias Afif Chmouni se jsir għada l-Ħadd fil-Libanu
21:34 L-anzjani jistgħu ’l quddiem ipattu ‘għan-nuqqas ta’ ħaddiema’
21:32 Tfittxija għan-nieqsa wara l-qilla tat-tornadoes
21:27 Splużjonijiet u dmija f’Baquba
21:22 ‘Suspettat ewlieni’ fl-attakki ta’ Reyhanli
21:13 Iweġġa’ l-kantant George Michael
21:01 Ban Ki-moon iħeġġeġ taħditiet immedjati dwar il-kriżi
20:51 “Proċess ta' għażla li għandu jkun proċess ta' għaqda” - Mario de Marco
20:37 Il-PN għandu jinvolvi aktar lin-nies - Claudette Buttigieg
20:34 Partit mill-ġdid rebbieħ miftuħ għal kulħadd - Beppe Fenech Adami
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.