MaltaRightNow.com sezzjoni: internazzjonali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Internazzjonali
IR-RENJU UNIT

Iridu lil Boris bħala Prim Ministru


11 t' Awwissu, 2012  18:56 CET

Impressjonati mis-suċċess tal-organizzazzjoni tal-Logħob Olimpiku, kważi tliet kwarti tal-Ingliżi issa jridu lis-Sindku ta’ Londra, Boris Johnson, biex ikun il-Prim Ministru.

Johnson, li għandu 48 sena u hu membru tal-Partit Konservattiv u eks Membru tal-Parlament, darba qal li kellu l-istess ċans li jsir Prim Ministru daqs kemm kellu ċ-ċans isib lil Elvis ħaj. Imma hu kien imfaħħar ħafna għall-mod kif mexa rigward il-Logħob Olimpiku.

Fi stħarriġ li sar ilbieraħ għal-Ladbrokes, il-kumpanija tal-imħatri, 71 fil-mija qalu li xtaqu jarawh isir Prim Ministru.

Issa, il-Ladbrokes qed toffri mħatri ta’ 2 kontra wieħed li Johnson jerġa’ jkun elett Sindku fi żmien erba’ snin oħra, u tlieta kontra wieħed li jsir Prim Minsitru qabel l-2030.

Johnson jiċħad bil-qawwa li għandu xi interess li jsir Prim Ministru, u kull darba li jitqanqal dan is-suġġett jagħmel ħiltu biex iwarrab is-suġġett, spiss b’xi ċajta.

Iżda diversi osservaturi politiċi, kemm fir-Renju Unit kif ukoll barra, irrimarkaw li Johnson hu forsi l-uniku politiku fir-Renju Unit li jista’ jispiċċa f’sitwazzjoni imbarazzanti u minflok in-nies iwarrbuh iżjed jarawh simpatiku.

Il-ġimgħa li għaddiet, waqt avveniment pubbliċitarju, hu tħalla diversi minuti mwaħħal f’għoli ta’ 46 metru quddiem folla nies. Johnson hu persunaġġ goff, li jħobb jiċċajta u jagħti l-impressjoni li ma jiħux l-affarijiet bis-serjetà.

Biex Johnson isir Prim Ministru, hu l-ewwel irid jerġa’ jiġi elett fil-Parlament, wara li kien telaq fl-2008 biex isir Sindku. Iżda filwaqt li għandu l-kariżma, l-osservaturi jfakkru li l-ħajja privata tiegħu hi ostaklu kbir fit-triq biex isir Prim Ministru.

Bookmark Print page Email page
Iridu lil Boris bħala Prim Ministru
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
'Ma nċedu qatt quddiem it-terroriżmu' – Cameron
Oklahoma tagħmel il-kontijiet
L-ewwel każ tal-virus il-ġdid
Issaħħaħ is-sigurtà madwar l-ambaxxati
Iħejju għat-tmiem ta’ era
Punti ewlenin
15:32 Aktar każi ta' Slapped Cheek Syndrome
16:50 Tkompli titwal il-lista ta' ħatriet ''Tagħna Lkoll''
12:49 Eddie Fenech Adami stabbli wara intervent mediku
13:01 Jitlef ħajtu għaddas f'Imġarr ix-Xini
iktar aħbarijiet
19:06 'Ma nċedu qatt quddiem it-terroriżmu' – Cameron
18:08 Din l-Art Ħelwa topponi li l-monti jmur ħdejn Bieb il-Belt
17:43 Il-Gvern jippjana Charter għad-Drittijiet tal-Ħaddiema u emendi għal-Liġi il-Kooperattivi
17:36 79 rekluti ġodda fil-Forzi Armati ta' Malta
17:31 Il-lukandi se jkunu jistgħu jtellgħu żewġ sulair oħra
16:54 Patri George Attard jinħatar Ministru tal-Qrar fil-Bażilika tal-Vatikan
16:50 Tkompli titwal il-lista ta' ħatriet ''Tagħna Lkoll''
15:59 Jerġa' jirritorna Malta wara tmien snin maħrub
15:19 Raġel li qed jiġi akkużat b'omiċidju jmur sentejn ħabs fuq serq
13:54 Pulizija jammetti li ħa flus biex jaħfer ċitazzjonijiet
Editorjal

Soċjetà li tkun taf tikkoreġi l-ħażin

Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.