MaltaRightNow.com sezzjoni: Għawdex
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Għawdex

Inawgurata l-wirja tal-Biedja u Snajja' f'Għawdex


14 t' Awwissu, 2012  19:37 CET

Is-Soċjetà Agrikola, Industrijali u Kulturali ta’ Għawdex żammet l-appuntament annwali tagħha ma’ eluf ta’ viżitaturi Għawdxin, Maltin u barranin li kull sena jattendu għall-wirja tradizzjonali tal-Biedja u Snajja’ li ilha ssir sa mill-1855.
 
Din is-sena l-wirja reġgħet qed issir fi Ġnien Villa Rundle wara li fl-aħħar sentejn kienet qed issir f’siti alternattivi minħabba x-xogħol ta’ ristrutturar li kien qed isir fil-ġnien.
 
Il-wirja kienet inawgurata uffiċjalment minn Giovanna Debono, il-Ministru għal Għawdex. Hi qalet li l-impatt tas-settur agrikolu għandu rwol vitali fil-konservazzjoni tal-ambjent rurali li jispikka madwar il-gżira ta’ Għawdex. Dan hu fatt rikonoxxut u apprezzat u jagħti valur addizzjonali lix-xogħol siewi mwettaq mill-bdiewa.
 
Il-Ministru rriferiet għall-proġetti tal-Ministeru għal Għawdex b’risq dan is-settur li jinkludu l-biċċerija ġdida kif ukoll it-twaqqif taċ-?entru ta’ Innovazzjoni fiċ--Xjenzi Rurali u l-Ambjent  li qed isir bil-kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta.
 
Semmiet ukoll il-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex matul is-sena fejn permezz ta’ skemi ta’ Eko-Għawdex għall-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet Mhux Goverattivi Għawdxin inbnew madwar ħames kilometri ta’ ħitan tas-sejjieħ.
 
Inizjattivi oħra b’risq is-settur agrikolu huma t-tindif tal-widien u lqugħ kif ukoll korsijiet dwar pariri għal użu għaqli tal-pestiċidi u prattiċi agrikoli tajbin.

Bookmark Print page Email page
Inawgurata l-wirja tal-Biedja u Snajja' f'Għawdex
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Dar ġdida għall-anzjani f'Għajnsielem
Kampanja u proġetti relatati man-National Nitrates Action Plan
Tfal mill-parroċċi ta' Għawdex jirċievu l-Griżma tal-Isqof minn idejn ħames Isqfijiet
Jinġabru €5,000 wara mixja u car wash f’Għawdex b’risq Puttinu Cares
Studenti Għawdxin itellgħu 'play' b'risq Puttinu Cares
Punti ewlenin
09:58 Ikkonfermati 23 każ ta' Slapped Cheek Syndrome
20:19 Laqgħat kontinwi biex il-poplu jiftaħ qalbu
20:21 Irridu naħdmu fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħna
12:49 Eddie Fenech Adami stabbli wara intervent mediku
iktar aħbarijiet
20:21 Irridu naħdmu fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħna
20:19 Laqgħat kontinwi biex il-poplu jiftaħ qalbu
19:52 Jgħajjar lill-Mexxejja bħala 'inkompetenti'
19:47 Id-deċiżjoni għaż-żieda ta' sulari fil-lukandi ġiet approvata mill-Gvern preċedenti
19:36 Jipprova jixpruna n-negozjati għall-paċi
19:06 'Ma nċedu qatt quddiem it-terroriżmu' – Cameron
18:08 Din l-Art Ħelwa topponi li l-monti jmur ħdejn Bieb il-Belt
17:43 Il-Gvern jippjana Charter għad-Drittijiet tal-Ħaddiema u emendi għal-Liġi il-Kooperattivi
17:36 79 rekluti ġodda fil-Forzi Armati ta' Malta
17:31 Il-lukandi se jkunu jistgħu jtellgħu żewġ sulair oħra
Editorjal

Soċjetà li tkun taf tikkoreġi l-ħażin

Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.