MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Inawgurat il-pont il-gdid fil-Port il-Kbir

Jerome CARUANA CILIA
24 ta' Lulju, 2012  22:35 CET

'Dan il-proġett inqisu simbolu ta' l-isforz kontinwu li jagħmlu l-ħaddiema Maltin u Għawdxin biex dan il-pajjiż immexxuh 'il quddiem, b'viżjoni ċara ta' fejn irridu ntejjbu u ta' fejn irridu nwassluh.' Parti mid-diskors tal-Ministru ghall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, Austin Gatt, waqt l-inawgurazzjoni tal-pont ta' Sant'Iermu, fil-Belt Valletta.

Il-Ministru Gatt qal li minn wara l-kisba tal-Indipendenza, kull Gvern wara l-ieħor, dejjem ikkunsidra li dan il-pont jerġa jinbena. Wara aktar minn 65 sena, dan il-Gvern irnexxielu! L-istess kif qed jirnexxielu jiġġenera u jagħti d-dinjita' mistħoqqa lill-Belt Valletta. Fil-fatt dan huwa simbolu tal-bidliet u l-proġetti kollha li bdew iseħħu fl-aħħar erba' snin kemm fil-Belt, il-Port il-Kbir u fil-Port ta' Marsamxett.

Dan il-Gvern sostna l-Ministru Gatt, qed jinvesti bis-sħiħ fil-proġetti kapitali bl-iskop li jinħoloq ix-xogħol, bil-familji tal-ħaddiema jgawdu dak li qalgħu mill-ħidma sfiqa li qed issir.

Biżżejjed wieħed isemmi l-proġett ta' Bieb il-Belt, il-proġett tal-pavimentar ġdid tat-toroq ċentrali tal-belt, il-lift tal-Barrakka, ir-restawr li beda fuq Sant'Iermu, ir-restawr fuq is-swar madwar il-Belt, ir-restawr tal-Berġa ta' Kastilja, ir-restawr ta' Bieb il-Vitorja, Pjazza San Ġorġ.

Il-Belt Valletta nbniet bl-iskop li tipproteġi l-kumplament tal-gżira. Illum il-Belt Valletta hija kalamita tal-qofol tal-politika u l-ekonomija ta' pajjiżna.

Ta' kuljum eluf ta' turisti jżuru 'l-Belt Valletta. Biżżejjed insemmi l-kważi 76,000 turist li żaru lill-pajjiżna tul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena permezz tal-cruise liners. Biżżejjed wieħed jinnota n-nofs miljun persuna li jżuru l-Kon-Katidral ta' San Ġwann. Dawn kollha jikkontribwixxu b'xi mod jew ieħor fl-ekonomija Maltija.

Dan il-Gvern irid ikompli jsaħħaħ din il-kalamita għat-turiżmu permezz ta' monumenti bħal pont ta' Sant'Iermu. Żgur li dan il-pont se jitniżżel bħala destinazzjoni unika li kull min iżur lill-pajjiżna jrid jesperjenzha – kemm għad-dehra spettakolari li joffri minn fuqu kif ukoll minħabba li ta' kull filgħaxija se jkun spettaklu minnu nnifsu.

Dan il-pont jinsab eżatt fil-bokka, mhux biss ta' l-aktar port bieżel f'pajjiżna iżda fl-isbaħ port fil-Mediterran. Il-pont reġa' nbena bħala aspirazzjoni li naffrontaw il-ġejjieni b'enerġija ġdida imma dejjem fuq il-valuri li sawwruna bħala poplu.

Dan il-Gvern qatt ma  beża' jaffronta l-futur u dejjem għamel dan b'enerġija ġdida għall-ġid tal-poplu kollu.

Bookmark Print page Email page
Inawgurat il-pont il-gdid fil-Port il-Kbir
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Persuni li mietu jew diġa' ġew operati fil-listi ta' stennija tal-isptar
L-SHPN jikkundanna t-transfers politiċi li qed jingħataw il-ħaddiema
Iċċelebrat il-Jum Marittimu Ewropew
The Bubble Charity Festival fil-Buskett
Mitluba kjarifika mill-Kummissjoni Ewropea dwar ir-riżenja tar-Chairman tal-MCA
Punti ewlenin
18:29 Persuni li mietu jew diġa' ġew operati fil-listi ta' stennija tal-isptar
14:26 Iktar dubji dwar kemm il-Labour fil-Gvern se jżomm kelmtu dwar l-edukazzjoni
12:08 Il-Bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan kisbet il-premju speċjali ta' Bajja ta' Eċċellenza
15:43 Żjara ta' korteżija mill-PM fid-Dar Ċentrali tal-PN
iktar aħbarijiet
19:36 Bram aktarx il-kawża ta‘ traġedja f’familja
19:33 Il-Hezbollah involuti dejjem aktar fil-kunflitt Sirjan
19:28 Għajnuna mix-xemx kontra l-ażma
19:26 Tispara missila oħra
19:24 Rod Stewart lura fil-klassifika wara 34 sena
19:22 Tensjoni f’Tuneż
18:44 Kumpens ta' €38,630 wara li ttajjar fuq iz-‘zebra crossing’
18:40 Meħlusa mill-arrest koppja mixlija bi traffikar ta’ droga
18:29 Persuni li mietu jew diġa' ġew operati fil-listi ta' stennija tal-isptar
18:18 L-SHPN jikkundanna t-transfers politiċi li qed jingħataw il-ħaddiema
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.