Rebecca BORG
8 ta' Ġunju, 2012
17:14 CET |
Il-Gvern jemmen bil-fatti fl-isports u kien għalhekk li ġie inawgurat Outdoor Gym fil-Park tal-Familja, il-Mellieħa. Hekk stqarr Robert Cutajar, is-Sindku tal-Mellieha fl-inawgurazzjoni ta' dan il-proġett innovattiv f'livell gdid mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, li s-Segretarjat tiegħu ffinanzja dan il-progett.
Kif spjega Clyde Puli stess, dan il-progett, miftuh 24 siegħa bla hlas, hu tajjeb kemm għal dawk li jiehdu l-isports bhala dixxiplina u anke għal dawk li jipprattikaw l-isports għal rikreazzjoni fizika jew mentali.
F'kumment lil dan l-istazzjon, Clyde Puli elenka kif dawn il-faċilitajiet fil-miftuh għandhom jintlaqgħu tajjeb mit-tfal, li jwassal għall-izvilupp tal-karattru tagħhom, sal-kbar.
Tkellimna ukoll ma' żewġ anzjani li ta' sikwit jagħmlu l-ezerċizzju tagħhom fil-park tal-familja u fissru li se jkunu qed jagħmlu uzu minn dawn il-faċilitajiet fil-mitfuħ.
Apparti minn dan il-gym, il-Park tal-Familja se jkollu ukoll traċk għall-atleti ta' 200 metru u ċhanging rooms, fost ohrajn.
Dan l-outdoor gym, li hu t-tieni wiehed wara dak ta' Ta' Qali, hu wiehed minn numru ta' progetti li saru u qed isiru bhalissa f'dan il-qasam fosthom il-progett tal-waterpark fil-Qawra. Dalwaqt se jigi inawgurat outdoor gym ieħor bħal dan f'Haż-Żabbar.
Ritratt - DOI - Saviour Cassar
|