MaltaRightNow.com sezzjoni: internazzjonali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
il-mument
Download
Life & Style
Download
Internazzjonali

Inżul storiku għall-vettura 'Curiosity' fuq Mars

L-ISTATI UNITI

maltarightnow.com
6 t' Awwissu, 2012  19:10 CET

Kien hemm ferħ kbir fl-aġenzija spazjali Amerikana NASA kif ukoll fost xjenzjati madwar id-dinja hekk kif dalgħodu niżlet b'suċċess fuq il-pjaneta Mars il-vettura spazjali magħrufa bħala 'Curiosity'. L-inżul kien mimli diffikultà peress li kien hemm post preċiż fejn din il-vettura ta' tunnelleta kellha tinżel.

Issa din il-vettura se tagħti bidu għal missjoni tal-anqas sentejn fuq il-pjaneta biex tfittex għal provi li juru li darba kien hemm il-ħajja fuq Mars. Dan permezz tal-aktar tagħmir sofistikat li qatt tniżżel fuq pjaneta oħra.

Sinjal li l-vettura kienet niżlet qawwija u sħiħa fuq Mars intbagħat lejn id-dinja permezz tas-satellita tan-NASA, 'Odyssey', li qed iddur madwar il-pjaneta l-ħamra.

Fiċ-ċentru tal-kontroll fil-Jet Propulsion Laboratory tan-NASA f'Pasadena f'Kalifornja, kien hemm ferħ kbir mal-konferma tal-inżul. Il-missjoni tant kienet suċċess li ntbagħtu l-ewwel ritratti li juru rota tal-'Curiosity' u d-dell tal-vettura mal-inżul. Ritratt bil-kulur tal-post fejn niżlet il-vettura mistenni jintbagħat fil-ġranet li ġejjin.

L-inġiniera u xjenzjati tan-NASA ħadmu fuq dan il-proġett għall-parti kbira ta' dawn l-aħħar għaxar snin. In-NASA kellha tistenna 13-il minuta għall-ewwel sinjal mill-'Odyssey' li kollox mar sew. Kien hemm possibbiltà kbira li ebda sinjal ma kien se jintbagħat minħabba kumplikazzjonijiet li setgħu jinqalgħu f'din il-missjoni delikata. Wara l-inżul, uffiċjali tan-NASA qalu li l-'Curiosity' kienet niżlet fuq Mars b'veloċità ta' 0.6 metru fis-sekonda. Charles Bolden, l-amministratur tan-NASA, qal li l-affarijiet ma setgħux marru aħjar. 

Din hi r-raba' vettura spazjali magħrufa bħala rover, li tniżżlet fuq Mars iżda l-kobor u t-tekonoloġija avvanzata m'għandhomx x'jaqsmu ma' dawk tal-passat.

Bookmark Print page Email page
Inżul storiku għall-vettura 'Curiosity' fuq Mars
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Splużjoni fuq il-Qamar
Nannakola Asjatika qed tagħmel ħerba fil-Ġermanja
Hollande jillegalizza ż-żwieġ bejn omosesswali
Il-Korea ta' Fuq tispara tliet missili
Tama għal Madeleine McCann
Punti ewlenin
00:26 Malta fit-tmien post tal-Eurovision Song Contest 2013!
01:33 Malta fir-raba' post fis-semi-finali tal-Eurovision 2013
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
iktar aħbarijiet
01:33 Malta fir-raba' post fis-semi-finali tal-Eurovision 2013
00:26 Malta fit-tmien post tal-Eurovision Song Contest 2013!
19:53 X'jaħsbu n-nies dwar il-Eurovision ta' llejla?
19:47 Il-Knisja tfakkar il-festa tal-Għid il-Ħamsin
19:32 Konferenza dwar is-Sigurta' fl-Ikel mill-Assoċjazzjoni għad-Drittijiet tal-Konsumatur
19:26 Splużjoni fuq il-Qamar
19:25 Nannakola Asjatika qed tagħmel ħerba fil-Ġermanja
19:23 Hollande jillegalizza ż-żwieġ bejn omosesswali
19:22 Il-Korea ta' Fuq tispara tliet missili
19:19 Tama għal Madeleine McCann
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.