MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
il-mument
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali
Aġġornata

Immigrant mill-Mali jmut hekk kien se jinvistaħ tabib

Inqabad fil-Furjana wara li kien ilu maħrub għal tliet snin


30 ta' Ġunju, 2012  11:43 CET

Immigrant ta' 32 sena mill-Mali, li kien ilu maħrub għal tliet snin, miet matul il-lejl bejn il-Ġimgħa u s-Sibt f'vettura quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid.

Minn stqarrijiet maħruġa mill-Pulizija u mis-Servizz ta' Detenzjoni jirriżulta li l-immigrant kien ħarab minn Ċentru ta' Detenzjoni f'Awwissu ta' tliet snin ilu. Iżda l-:imgħa, l-immigrant talab l-għajununa medika fiċ-?entru tas-Saħħa tal-Furjana. Kien hawn li ssejħu l-Pulizija u l-immigrant ittieħed fiċ-?entru ta' Detenzjoni ta' Ħal Safi. 

Iżda malli ddaħħal fiċ-Ċentru, l-immigrant kien aggressiv lejn l-immgiranti l-oħra u għalhekk ittieħed lura fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana fejn sarlu appuntament biex jiġi nvistat b'urġenza minn Psikjatra s-Sibt filgħodu.
 
Wara li ttieħed lura fiċ-ċentru ta' detenzjoni, l-immigrant kompla jkun aggressiv lejn l-immigranti l-oħra tant li dawn kienu se jduru għalih. 

L-uffiċjali ddeċidew li jifirdu lill-immigrant minn mal-oħrajn u għalhekk dan kien qed jinżamm fil-guardroom, iżda b'xi mod irnexxielu jaħrab. 

Hu nstab ftit tal-ħin wara iżda beda jirreżisti lill-uffiċjali tas-Servizz ta' Detenzjoni, b'wieħed minnhom ġie migdum u sofra xi ġrieħi. 

Skont il-proċedura, l-immigrant ittieħed fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid biex jiġi invistat iżda waqt li kien fil-vettura quddiem iċ-ċentru ma baqax jirrispondi. It-tabib ta' Raħal Ġdid niżel biex jeżaminah iżda ċċertifikaħ mejjet fil-post. 

Il-kawża tal-mewt għadha ma ġietx determinata u mistennija jsiru numru ta' eżamijiet. 

Ħames persuni qegħdin jgħinu lill-Pulizija bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ, li dwaru, il-Maġistrat tal-Għassa Miriam Hayman ħatret inkjesta. 

Bookmark Print page Email page
Immigrant mill-Mali jmut hekk kien se jinvistaħ tabib
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Malta fir-raba' post fis-semi-finali tal-Eurovision 2013
Malta fit-tmien post tal-Eurovision Song Contest 2013!
X'jaħsbu n-nies dwar il-Eurovision ta' llejla?
Il-Knisja tfakkar il-festa tal-Għid il-Ħamsin
Konferenza dwar is-Sigurta' fl-Ikel mill-Assoċjazzjoni għad-Drittijiet tal-Konsumatur
Punti ewlenin
00:26 Malta fit-tmien post tal-Eurovision Song Contest 2013!
01:33 Malta fir-raba' post fis-semi-finali tal-Eurovision 2013
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
iktar aħbarijiet
01:33 Malta fir-raba' post fis-semi-finali tal-Eurovision 2013
00:26 Malta fit-tmien post tal-Eurovision Song Contest 2013!
19:53 X'jaħsbu n-nies dwar il-Eurovision ta' llejla?
19:47 Il-Knisja tfakkar il-festa tal-Għid il-Ħamsin
19:32 Konferenza dwar is-Sigurta' fl-Ikel mill-Assoċjazzjoni għad-Drittijiet tal-Konsumatur
19:26 Splużjoni fuq il-Qamar
19:25 Nannakola Asjatika qed tagħmel ħerba fil-Ġermanja
19:23 Hollande jillegalizza ż-żwieġ bejn omosesswali
19:22 Il-Korea ta' Fuq tispara tliet missili
19:19 Tama għal Madeleine McCann
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.