MaltaRightNow.com sezzjoni: Ewropa
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Ewropa

Imfakkar Jum l-Ewropa

Matthew BONETT
9 ta' Mejju, 2012  14:06 CET

Illum, l-Unjoni Ewropea qed tiċċelebra Jum l-Ewropa: ġurnata li tfakkar 62 sena mill-famuża dikjarazzjoni ta' Robert Schuman. Fid-9 ta' Mejju tas-sena 1950, ftit tas-snin biss wara t-Tieni Gwerra Dinjija, Schuman, li kien Ministru tal-Affarijiet Barranin Franċiż kien ippropona li titwaqqaf komunita' b'għan partikolari.

L-Ewropa kienet għadha kemm harget minn din il-gwerra li bhall-gwerer kollha ta' qabilha, fil-qofol tagħha kien hemm il-kwistjonijiet ta' bejn Franza u l-Germanja. Schuman għamel din id-dikjarazzjoni fejn qal li ma jistax ikun li kull erbat ijiem nispiċċaw nargumentaw u niġġieldu bejnietna u magħna niġbdu lil kulħadd.

Illum, fuq l-aġenda tal-Unjoni Ewropea, l-kelma paċi rari tissemma. Dan għaliex il-paċi bħal donnu saret in-norma fl-Ewropa. Iżda fuq l-aġenda illum tissemma ħafna aktar il-kelma ekonomija. Illum nitkellmu fuq id-dritt taċ-ċittadin, fuq anzjanita' attiva, fuq ir-roaming tat-telephone, fuq is-suq wieħed, fuq l-agrikoltura.

Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar l-Unjoni Ewropea qegħda tissaħħaħ u tikber, tant li fl-1 ta' Lulju tas-sena d-dieħla, bl-isħubija tal-Kroazja, t-total ta' pajjiżi fl-Unjoni Ewropea se jlaħħaq it-28.

Il-poplu Malti bħall-kumplament tal-gvernijiet Ewropej, ukoll qed igawdu mill-istess benefiċċji. Illum, il-Gvern Malti jpoġġi fuq l-istess mejda tal-Gvernijiet Ewropej u jieħdu deċiżjonijiet flimkien.

Intant, fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista sellem lil dawk kollha li ħadmu biex Malta tkun fil-qalba tal-Ewropa u lil dawk li llum jaħdmu biex il-Maltin jagħmlu suċċess mis-sħubija fl-UE. Is-sħubija fissret ħolqien ta' impjiegi ġodda, opportunitajiet miftuħa għal diversi setturi tal-popolazzjoni, tkabbir ekonomiku sostnut, livell aqwa ta' edukazzjoni u taħriġ, attirar ta' investiment f'oqsma ġodda ta' xogħol, tisħiħ tal-finanzi tal-Gvern, u d-dħul ta' munita soda u li tiswa fi bwiet il-Maltin, fost ħafna kisbiet oħrajn.

F'dan kollu, tkompli l-istqarrija, il-Partit Nazzjonalista hu kburi li kien protagonist mal-ħafna Maltin li ħabirku u qed iħabirku biex Malta qed tagħmel suċċess fl-Ewropa. "Mhux l-istess, sfortunatament, jistgħu jgħidu Muscat u l-Partit Laburista. Muscat mexxa kampanja qawwija kontra l-Ewropa u ried itellef l-opportunitajiet Ewropej liż-żgħażagħ u 'l-ħaddiema Maltin. Barra li għażel ħażin fuq l-Ewropa, Muscat għadu għaddej b'kampanja mill-aktar personali kontra r-rappreżentant permanenti ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana, li ta sehem kbir fin-negozjati u mindu sseħibna biex Malta kisbet l-aqwa kundizzjonijiet u qed tagħmel suċċess fl-Ewropa."

Bookmark Print page Email page
Imfakkar Jum l-Ewropa
multimedia
  Filmat
 
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Awguri lil Simon Busuttil mill-ogħla uffiċjali tal-PPE
Roberta Metsola tiffirma dikjarazzjoni tal-PE kontra kontenut online t'abbuż tat-tfal
Ir-Renju Unit se jibqa' fl-Unjoni Ewropea?
Jiżdiedu l-problemi għal Franza
IL-kisbiet edukattivi tal-istudenti għandhom jiġu rikonoxxuti mill-pajjiżi kollha tal-UE
Punti ewlenin
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
10:53 Joseph Muscat jiddefendi l-aġir tal-President fuq il-kwistjoni ta' Darleen Zerafa
iktar aħbarijiet
19:46 Neputiżmu mis-Sindku ta' Ħal Luqa
19:38 $408,000 għall-kitarra ta’ Lennon u ta’ Harrison
19:36 Għaliex m’għandekx tipposponi għal għada dak li jista’ jsir illum....
19:34 Arja ta’ pessimiżmu dwar il-futur wara r-rewwixta
18:41 Imnedija l-kampanja “Dog Training Made Easy”
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
16:07 Irkottafest f'Ħal Kirkop
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
14:32 Iċċelebrat il-Jum Marittimu Ewropew
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.