MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Illum jintemm il-Festival Internazzjonali tal-Piroteknika

Gabriel ELLUL
1 ta' Mejju, 2012  10:18 CET

Il-Festival Internazzjonali tal-Piroteknika llum wasal fit-tielet u l-aħħar jum tiegħu, hekk kif illejla se titħabbar il-kamra tan-nar rebbieħa minn fost dawk kollha li pparteċipaw.

Dan il-festival internazzjonali, organizzat mill-Ministeru tat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura flimkien mal-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu, beda nhar il-Ħadd li għadda u ra s-sehem ta' fabbriki tan-nar mill-Kanada, ir-Renju Unit, l-Awstrija, il-Kroazja, il-Polonja u naturalment minn Malta, bil-parteċipazzjoni tal-Kamra tan-Nar San Mikiel ta' Ħal Lija, li matul dawn l-aħħar jiem offrew spettaklu mill-aqwa fil-Port il-Kbir.

Imma l-festival ta' din is-sena kien wieħed speċjali, hekk kif għall-ewwel darba fl-istorja ta' Malta, f'pajjiżna ġie organizzat is-Simpozju Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar, avveniment li jsir kull sentejn u li jlaqqa' l-aqwa fabbriki tan-nar minn madwar id-dinja. Dan wassal biex f'Malta l-ispettakli tan-nar jibdew minn ġimgħa qabel il-festival tal-Port il-Kbir, b'wirjiet pirotekniċi mifruxa madwar Malta u Għawdex.

U proprju llejla, li se jimmarka t-tmiem ta' dawn il-jiem mimlija spettakli pirotekniċi, wara l-għoti tal-premjijiet il-pubbliku se jkun jista' jsegwi gran final pirotekniku, imħejji mill-Kamra tan-Nar Taljana Parente, akkumpanjata minn siltiet mużikali.
 
(Ritratt: Trevor Sollars)  

Bookmark Print page Email page
Illum jintemm il-Festival Internazzjonali tal-Piroteknika
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Ftuħ uffiċjali ta' lukanda ġdida fin-nosinhar ta' Malta
Il-Pulizija tikkonfiska munizzjon li nstab fuq dgħajsa
Il-Gvern Laburista jirkeb fuq inizjattivi li tnedew mill-Gvern Preċedenti
Il-Flamenco f'Misraħ San Ġorġ, il-Belt
Tifla ta' 14-il sena tittajjar minn karozza waqt li kienet qed taqsam it-triq
Punti ewlenin
20:00 Il-Pulizija tikkonfiska munizzjon li nstab fuq dgħajsa
16:38 Sejħa għall-interess għal Casino f'Malta u ieħor f'Għawdex
18:25 Tifla ta' 14-il sena tittajjar minn karozza waqt li kienet qed taqsam it-triq
18:55 Il-Flamenco f'Misraħ San Ġorġ, il-Belt
iktar aħbarijiet
22:34 Żvelata speċi ta' cockroach b'sens 'għal kontra l-periklu'
21:42 Ftuħ uffiċjali ta' lukanda ġdida fin-nosinhar ta' Malta
21:23 Raġel ta' 30 sena akkużat li attakka Pulizija
21:12 Offerta ta' 1.2 miljun għal vjaġġ fl-ispazju ma' Leonardo Di Caprio
21:08 Iz-zona ewro hi aktar stabbli
21:04 Kesħa, xita u borra
21:00 Twarrab pjani dwar iż-żejt taż-żebbuġa
20:52 Imrażżan il-bejgħ tal-alkoħol
20:38 Il-Pulizija tlesti għal aktar irvellijiet
20:28 Il-Prim Ministru jibża’ mill-fatati
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.