MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
il-mument
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Il-każ tal-Avukat misjuba mejta fil-karozza

Il-Pulizija qed tistenna riżultati mill-Ingilterra

Ray ABDILLA
17 ta' Mejju, 2012  09:48 CET

Il-Pulizija temmen li r-riżultati patologiċi jistgħu jagħtu żvolta fil-kaz tal-Avukat Margaret Mifsud, li nstabet mejta f'karozza f'Baħar iċ-Ċagħaq fl-20 t'April li għadda. Dawn ir-riżultati jistgħu sahansitra jwasslu biex ikun magħruf jekk kienx hemm xi ħadd fl-inħawi tal-mara dakinhar li nstabet mejta.

Aħna nfurmati li l-Mapistrat inkwerenti ta l-permess biex il-vittma tindifen, bil-funeral mistenni jsir il-Ġimgħa.

Minn informazzjoni li għandna, s'issa waslu r-riżultati ta' parti żgħira mit-testijiet li saru u qed isiru fl-Ingilterra. 

Tant huma importanti dawn it-testijiet li jistgħu ukoll jidentifikaw traċċi ta' trab li jista' jkun hemm fuq ħwejjeġ ta' individwu ma' traċċi ta' trab li seta' kien hemm fil-post fejn instabet l-avukat Mifsud.

L-eks raġel tal-vittma għadu fuq Police Bail u ta' spiss qed jiġi  interrogat, iżda minn dan il-lat il-Pulizija għadha 'l bogħod milli ssolvi l-każ. Nizar el Gadi, ta' 34 sena minn Tripli, kull darba qed jiċħad l-involviment tiegħu fil-każ, u għalhekk l-importanza kbira tat-testijiet forensiċi.

Il-Libjan, li bħalissa qed jgħix f'lukanda f'San Ġiljan, beda għaddej każ fil-Qorti fejn jinsab akkużat li għamel theddid u kkaġuna feriti ħfief fuq l-eks mara tiegħu.

L-Ispettur Elton Taliana qal li xi ġimgħat qabel mietet, l-Avukat Mifsud kienet għamlet rapport għandu fejn qalet li kienet ġiet mhedda mill-eks raġel tagħha.

L-Ispettur qal li l-mara kienet imbeżża' u fuqha kien innota ħafna marki ħomor. Iktar tard, tabib kien iċċertifika li xi ħadd kien qabad lil Mifsud minn għonqha, bħal meta wieħed irid jifga lil xi ħadd. 

L-Avukat Mifsud, li kienet mara ta' ftit kliem, kellha l-kustodja tat-tfal iżda baqgħet f'kuntatt mal-eks raġel tagħha biex dan ukoll ikollu aċċess għalihom.

Bookmark Print page Email page
Il-każ tal-Avukat misjuba mejta fil-karozza
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Neputiżmu mis-Sindku ta' Ħal Luqa
Imnedija l-kampanja “Dog Training Made Easy”
Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
Merħba ta' eroj lil Gianluca
Irkottafest f'Ħal Kirkop
Punti ewlenin
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
10:53 Joseph Muscat jiddefendi l-aġir tal-President fuq il-kwistjoni ta' Darleen Zerafa
iktar aħbarijiet
19:46 Neputiżmu mis-Sindku ta' Ħal Luqa
19:38 $408,000 għall-kitarra ta’ Lennon u ta’ Harrison
19:36 Għaliex m’għandekx tipposponi għal għada dak li jista’ jsir illum....
19:34 Arja ta’ pessimiżmu dwar il-futur wara r-rewwixta
18:41 Imnedija l-kampanja “Dog Training Made Easy”
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
16:07 Irkottafest f'Ħal Kirkop
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
14:32 Iċċelebrat il-Jum Marittimu Ewropew
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.